Monday
May 21st
Text size
  • Increase font size
  • Default font size
  • Decrease font size

Min fejn se jitnaqqsu l-€40 miljun?

E-mail Print PDF
Share

Huma hamsa l-oqsma ewlenin li minnhom il-Gvern se jkun qieghed inaqqas in-nefqa tieghu b’€40 miljun sabiex pajjizna jkun jista’ jigi konformi mar-regolamenti Ewropej b’rabta mal-livelli tad-dejn u d-deficit.

Fil-granet li ghaddew, din il-gazzetta talbet lill-Ministeru tal-Finanzi, biex jaghti ‘breakdown’ ta’ kif din in-nefqa ser titnaqqas. L-akbar tnaqqis li jammonta ghal €14,072,000 se jkun f’dawk li huma programmi u inizjattivi. Total ta’ €11,481,000 se jitnaqqsu min-nefqa t’entitajiet tal-Gvern, filwaqt li €6,851,000 se jitnaqqsu minn reklutament gdid ta’ impjegati fis-settur pubbliku. Se jitnaqqsu wkoll €4,685,000 minn operat u manutenzjoni u €2,754,000 mill-overtime tal-haddiema tac-Civil.

Fir-risposta tieghu, kelliemi ghall-Ministeru qal li din ir-revizjoni mhux se jkollha impatt fuq oqsma krucjali bhall-edukazzjoni, is-sahha jew is-sigurtàsocjali.

Zied jghid li l-Gvern se jkun qed jikkontrolla l-politika tieghu dwar ir-reklutagg, billi fejn possibbli, jimpjega persuna ghal kull 2 li jirrizenjaw jew jirtiraw kull sena. Dan ma japplikax ghall-ghalliema, t-tobba jew l-infermiera, li se jibqghu jigu reklutati biex jilhqu l-bzonnijiet tal-pajjiz.

Rigward l-overtime, il-Ministeru tal-Finanzi qal li l-Gvern se jkun qed jitlob attenzjoni akbar mid-dipartimenti u entitajiet governattivi hekk kif l-overtime se jkun qed jinghata biss f’kazijijiet fejn huwa indispensabbli.

Sadanittant, il-Gvern ghadu qed izomm lura milli jippubblika l-korrispondenza li ghaddiet bejnu u bejn il-Kummissjoni Ewropeja dwar din il-kwistjoni.

Fil-jiem li ghaddew, fil-Parlament id-deputat Laburista Alfred Sant talab lill-Ministru tal-Finanzi Tonio Fenech biex ipoggi fuq il-mejda tal-Kamra, kopja tal-korrispondenza mibghuta mill-Gvern Malti lill-Kummissjoni Ewropea rigward it-talba li ghamlet l-istess Kummissjoni ghal informazzjoni dwar mizuri li jirrigwardjaw in-nefqa pubblika li ttiehdu mill-Gvern fil-Bagit ghas-sena 2012 u fis-6 ta’ Jannar 2012.

Alfred Sant talab ukoll lill-Ministru tal-Finanzi Tonio Fenech biex ipoggi fuq il-mejda tal-Kamra, l-komunikazzjonijiet kollha mibghuta lill-Gvern Malti mill-Kummissjoni Ewropea minn meta saret it-talba originali tal-Kummissjoni Ewropeja sa meta harget il-komunikat taghha fejn qalet li ma kinitx se tiftah il-procedura ta’ deficit eccessiv fir-rigward ta’ Malta.

Izda b’risposta ghat-talba li ghamel Alfred Sant, il-Ministru tal-Finanzi Tonio Fenech wiegeb li r-risposta se tinghata f’seduta ohra.

Kien fil-jiem li ghaddew li sar maghruf li l-Gvern Malti kien mitlub mill-Kummissjoni Ewropea biex inaqqas in-nefqa pubblika tieghu, wara li ma kinitx sodisfatta bil-bagit li pprezenta l-Gvern ghall-2012, l-aktar fejn jidhlu mizuri li jikkontrollaw id-deficit u d-dejn nazzjonali.

Il-Kummissjoni Ewropea qed titlob lill-Gvern Malti biex izomm il-livelli tad-dejn nazzjonali u d-deficit taht il-livelli stabbiliti mir-regolamenti tal-Unjoni Ewropea sabiex b’hekk ikun assigurat li l-finanzi ta’ pajjizna jkunu aktar ikkonsolidati.

Il-Gvern Malti kien kostrett li jnaqqas il-livelli tad-dejn nazzjonali u d-deficit ghax jekk dan ma jsirx, jigi ppenalizzat mill-Kummissjoni Ewropeja.

Reklutagg gdid €6,851,000

Overtime €2,754,000

Operat u Manutenzjoni €4,685,000

Programmi u Inizjattivi €14,072,000

Entitajiet tal-Gvern €11,481,000

Kummenti (0)Add Comment

Ikkummenta
quote
bold
italicize
underline
strike
url
image
quote
quote
smile
wink
laugh
grin
angry
sad
shocked
cool
tongue
kiss
cry
smaller | bigger

busy
 

It-Temp

Fair Sunny / Wind Mostly Sunny Sunny Sunny
17C 23C 24C 23C 23C
Mon Tue Wed Thu Fri

 

Karikatura

 

Faccata