Wednesday
Feb 22nd
Text size
  • Increase font size
  • Default font size
  • Decrease font size

Jikser il-kodici tal-etika tal-Korp biex jappoggja lil huh

E-mail Print PDF
Share263408_10150281897908000_591827999_9100674_1553847_nFost il-kandidati li l-Partit Nazzjonalista se jkollu fl-elezzjonijiet tal-Kunsilli lokali f’Marzu li gej, hemm ir-reporter ta’ Net News, Robert Cremona. Cremona se jkun qed jikkontesta f’isem il-PN fil-lokalità ta’ Hal Qormi.

Bhal kull kandidat iehor, Robert Cremona bhalissa ghaddej bil-kampanja tieghu fuq il-Facebook. Fost dawk li qed jghinuh f’din il-kampanja hemm huh, Mark Cremona li huwa ufficjal tal-Korp tal-Pulizija. Fil-fatt, fuq il-pagna tieghu ta’ Facebook, Mark Cremona qieghed jappoggja bl-aktar mod miftuh il-kandidatura ta’ huh ghall-elezzjoni tal-kunsilli lokali.

 

Dan minkejja li bhala ufficjal tal-Korp tal-Pulizija, mhux suppost li jappoggja fil-miftuh lil xi partit politiku jew lil xi kandidat.

 

Din hija wahda mir-regoli sagrosanti tal-Korp tal-Pulizija u hija wkoll imnizzla fil-kodici tal-etika tal-Korp tal-Pulizija.

 

Fil-fatt, il-kodici tal-etika tal-Korp tal-Pulizija jghid hekk: “li membru tal-Korp tal-Pulizija jkun affiljat jew jiehu sehem attiv jew fil-miftuh ma’ xi partit politiku jew ma’ xi ghaqda b’ghanijiet partiggjani, huwa assolutament ipprojbit. Membri tal-Korp lanqas ma jistghu jippartecipaw f’xi attività li aktarx tfixkel il-qadi leali u imparzjali tad-dmirijiet taghhom jew li aktarx tqajjem l-impressjoni fost il-membri tal-pubbliku li tista’ hekk tfixkel.”

Dan ifisser li bl-atteggjament tieghu, Mark Cremona qieghed jikser b’mod sfaccat il-kodici tal-etika tal-Korp tal-Pulizija, li huma miktuba iswed fuq l-abjad.

Kummenti (0)Add Comment

Ikkummenta
quote
bold
italicize
underline
strike
url
image
quote
quote
smile
wink
laugh
grin
angry
sad
shocked
cool
tongue
kiss
cry
smaller | bigger

busy
 

It-Temp

Rain Showers Sunny Partly Cloudy Partly Cloudy
9C 13C 14C 13C 13C
Wed Thu Fri Sat Sun

 

Karikatura

 

Faccata