Ilbierah thabbar il-programm ufficjali tal-Ordinazzjoni Epis-kopali ta’ Patri Prospero Grech li se jinhatar Arcisqof f’cerimonja li sejra ssir Malta, qabel ma ftit jiem wara jigi mahtur Kardinal mill-Papa Benedittu XVI.
Il-Provincja Agostinjana ta’ Malta, b’kollaborazzjoni mal-Arcidjocesi ta’ Malta, hejjiet il-programm ta’ celebrazzjonijiet ghal l-okkazjoni tal-Ordinazzjoni Episkopali ta’ Patri Prospero Grech.
Patri Prospero Grech ser ikun ordnat Isqof u nghata t-titlu personali ta’ Arcisqof Titulari ta’ San Leone fil-Basilicata (Italja). Din is-sede veskovili twaqqfet fis-seklu XIV u kienet soppresa fl-1571. Lejn tmiem is-sekli XIV u l-bidu tas-seklu XV zewg Agostinjani mexxew din id-djocesi (Nicola de Lorenzo O.E.S.A u Geminiano Giovanni de Sochefani O.E.S.A).
Fost l-Isqfijiet li kellhom it-titlu ta’ San Leone nsibu lis-Segretarju tal-Beatu Gwanni Pawlu II, Mons. Stanislaw Dziwisz (mis-7 ta’ Frar 1998 sat-3 ta’ Gunju 2005, meta kien innominat Arcisqof ta’ Krakovja).
L-istemma episkopali ta’ Mons. Grech O.S.A. hija maqsuma b’mod djagonali f’zewg partijiet ugwali. Fuq naha wahda hemm is-salib ta’ Malta fuq sfond ahmar, fuq naha ohra, fuq sfond ikhal skur tidher l-arma tal-Ordni ta’ Santu Wistin (il-qalb imhegga u minfuda fuq il-ktieb tal-Iskrittura u bis-simboli episkopali tas-salib u l-baklu).
Il-motto maghzul minn Mons. Grech huwa mehud mill-ewwel kelmiet tas-Salm 31: “In te Domine speravi” (Fik, Mulej, jien nistkenn). Din l-istemma tintuza sakemm issir il-hatra kardinalizja fit-18 ta’ Frar li gej.
Mons. Prospero Grech O.S.A. ser ikun Malta mis-6 sal-10 ta’ Frar.
PROGRAMM TAL-ORDINAZZJONI EPISKOPALI
6 ta’ Frar
Wasla f’Malta ta’ Mons. Prospero Grech O.S.A.
7 ta’ Frar
11.30 a.m. Konferenza tal-ahbarijiet fil-Kurja tal-Arcisqof, il-Furjana.
7.00 p.m. Velja ta’ talb bi preparazzjoni ghall-Ordinazzjoni Episkopali ta’ Mons. Prospero Grech O.S.A. fil-Knisja ta’ Santu Wistin, Valletta.
8 ta’ Frar
6.00 p.m. Ordinazzjoni Episkopali ta’ Mons. Prospero Grech O.S.A. fil-Konkatidral ta’ San Ġwann, il-Belt Valletta.
9 ta’ Frar
7.15 p.m. Mons. Prospero Grech imexxi l-quddiesa ta' lejliet il-festa tan-Nawfraġju ta' San Pawl, fil-Knisja ta’ San Pawl, il-Belt Valletta.
10 ta’ Frar
Mons. Prospero Grech ihalli Malta lejn Ruma

| < Prev | Next > |
|---|






