Tikkonferma dan, tabella li kienet ippubblikata mis-Senat Taljan fil-gimghat li ghaddew u li tindika l-percentwal tal-uzu li sar mill-fondi Ewropej mis-27 stat membru tal-Unjoni Ewropea mill-2009 sa l-2011.
Ic-cifri juru li l-percentwali ta’ pajjizna huma fost l-anqas fl-Unjoni Ewropea. Fil-fatt, fl-2009 pajjizna nefaq biss 0.3% tal-fondi allokati lilu, filwaqt lis-sena ta’ wara pajjizna nefaq 6.3%.
Fl-2011, Malta wzat biss 13.3% minn dawn il-fondi. It-tabella turi wkoll li fit-tliet snin konsekuttivi, l-percentwal li pajjizna uza f’dawk li huma fondi Ewropej, kien ferm anqas mill-medja tal-Unjoni Ewropea.
Il-fatt li pajjizna huwa wiehed mill-anqas pajjizi tal-Unjoni Ewropea li qed jaghmel uzu mill-fondi Ewropej, tqajjem ukoll waqt il-Konferenza Generali Laburista, mis-Segretarju Internazzjonali tal-PL, Alex Sciberras Trigona, li tkellem ukoll ma’ din il-gazzetta.
Malta baqghet l-art
Alex Sceberrasa Trigona sostna li f’5 minn 7 snin tal-bagit tal-Unjoni Ewropea ghal Malta [2007-2013] meta suppost wasalna ghal 72% mit-total, Malta mmexxijja minn GonziPN baqghet l-art bi 13% biss!
Kif wiehed jista’ jara mit-tabella ipprezentata fil-Commissione Bilancio tal-Parlament Taljan f’Dicembru li ghadda, l-aghar nett kienet ir-Rumanija u imbaghad ta' qabel tal-ahhar kienet l-Italja u imbaghad it-tielet mill-ahhar kienet proprju Malta mis-27 pajjizi membri. “X’ghajb ghal Malta! Minkejja li Lawrence Gonzi jiftahar li tejjeb l-immagini ta’ pajjizna barra minn Malta, fil-verità, dan mhux minnu”, qal Sceberras Trigona.
“Fir-realtà, barra minn Malta pajjizna ghadu assocjat mal-Perit Dom Mintoff, izda ma ssib lil hadd li jassocja lil Malta ma’ Gonzi! Fis-sustanza Gonzi falla ukoll f’dan il-qasam tal-affarjiet barranin. X’rekord ta' negligenza u inkompetenza! Dan kollu jixhed il-mismanagement mhux biss tat-tim politiku tal-Gvern u tal-backbenchers tieghu, imma anki mismanagement tal-finanzi barranin. Tal-ewwel forsi ibati l-PN biss. Tat-tieni tbati Malta kollha. Tqum ukoll il-kwistjoni jekk dawn il-finanzi, li huma ta’ Malta, tlifnihomx digà - kollha jew fil-bicca l-kbira taghhom - u x’ser ikollna naghmlu u b’liema prezz, jekk ghadu possibbli, biex insalvawhom kollha jew parzjalment.
Anki jekk ma tlifnihomx dawn il-finanzi l-aktar li kellna bzonnhom kien precizament fil-hames snin li ghaddew. Precizament meta kellna r-ricessjoni, kellna bzonnhom zgur. Allura ghajb fuq GonziPN li ma gabhomx fl-2008, 2009, 2010 u 2011 – ghax kieku konna ntaffu jew anki nevitaw din ir-ricessjoni, kieku gew ippumpjati dawn il-finanzi taghna fl-ekonomija li qeghda dejjem tixxotta aktar u aktar”, temm jghid Alex Sciberras Trigona.
Ma nistennewx apologija izda rizenja tal-PM stess ghal dan il-falliment.

| < Prev | Next > |
|---|






