Il-problema tal-abbuz u t-traffikar tad-droga fil-Habs ta’ Kordin ilna hafna zmien nisimghu dwarha. Il-kaz ricenti ta’ Josette Bickle kompla qajjem kontroversji kbar dwar x’verament qed isehh bejn l-erba’ hitan ta’ Kordin. Filwaqt li l-awtoritajiet tal-habs u tal-pajjiz qed jishqu li l-problema tad-droga fil-habs hija minima, ohrajn li huma midhla sew tal-habs, qed jghidu mod iehor.
KRISTA CARUANA tkellmet ma’ wiehed mill-gwardjani tal-habs li ghal ragunijiet ovvji xtaq jibqa’ anonimu. Problema serjissima
Ikolli nammetti li kont xettika hafna dwar l-allegazzjonijiet li spiss nisimghu dwar abbuz u traffikar tad-droga fil-habs ta’ Kordin. Dejjem staqsejt bejni u bejn ruhi “kif jista’ jkun tiddahhal dik il-kwantità kbira ta’ droga fil-habs meta kull min jidhol fil-bini jrid ikun sottopost ghat-tfittxijiet?”
Izda wara li segwejt b’attenzjoni dak kollu li hareg waqt il-guri ta’ Josette Bickle, bdejt inbiddel l-opinjoni tieghi.
Nista’ nghid li biddiltha totalment wara li tkellimt ma’ gwardjan tal-habs li ilu ftit snin mhux hazin jaghmel dan ix-xoghol, u ghalhekk l-affarijiet jafhom tajjeb hafna.
Mill-ewwel qalli li l-problema tad-droga fil-habs hija serja hafna u estensiva b’tali mod li tinsab f’diversi divizjonijiet nkluz dik fejn hemm in-nisa.
“Mhux nesagera jekk nghid-lek li 75% tal-prigunieri fil-habs ta’ Kordin huma mcappsin mad-droga. Anke min jidhol il-habs nadif ghandu cans kbir li johrog litteralment ‘junky’”, sostna l-gwardjan meta staqsejtu kemm hija mifruxa l-problema tad-droga fil-habs.
Kif tiddahhal id-droga fil-habs
Il-gwardjan qalli li l-aktar droga komuni li hemm fil-habs ta’ Kordin hija l-eroina u l-haxixa. Staqsejtu kif tid-dahhal id-droga fil-habs.
“Hemm diversi mezzi kif tiddahhal id-droga fil-habs. Tiskanta kemm hawn min johrog b’ideat innovattivi biex idahhal id-droga. Ghalkemm jezistu diversi mezzi kif din tiddahhal, l-aktar mezz komuni li bih tiddahhal id-droga hija mall-karozzi.”
Staqsejtu kif jista’ jkun dan. “Is-sistema hija wahda kumplessa mhux hazin. L-ewwel nett, wiehed irid jifhem li hemm numru ta’ prigunieri li ghandhom sahha kbira u tista’ tghid li jaghmlu li jridu.
Hafna minn dawn il-prigunieri huma l-‘pushers’ tal-habs. Ghandhom hafna arja u ghandhom ukoll rabtiet kbar mall-oghla ufficjali tant li tista’ tghid jithallew jaghmlu li jridu. Fil-fatt mhux l-ewwel darba li whud minn dawn il-prigunieri johorgu barra l-habs fil-karozzi tal-oghla ufficjali. M’ghandniex xi nghidu, dan isir b’mod illegali ghax l-ebda prigunier ma jista’ johrog mill-habs jekk ma jkollux permess mill-Ministeru tal-Gustizzja u ghal raguni valida.
Imma dawn l-affarijiet sfortunatament jigru imma kul-hadd qisu jaghlaq ghajnejh ghalihom.”
Il-gwardjan ikompli jghidli li l-aktar mod facli li bih tiddahhal id-droga hija meta xi prigunier johrog ma’ xi hadd f’xi karozza ta’ xi ufficjal tal-habs. “Li jigri huwa li hafna minnhom ikunu mif-themin ma’ xi hadd biex jghaddilhom id-droga. Jinfur-mawh li se jkunu fit-tali post, go tali karozza u dak li jkun jghaddilhom id-droga billi jew iwahhlilhom xi pakkett taht it-tank tal-petrol tal-karozza jew f’xi post iehor li ma tkunx tidher. Ovvjament dan kollu jsir ‘il boghod minn ghajnejn is-sewwieq tal-karozza.”
Staqsejtu ghalxiex il-karozzi ufficjali ma jigux iccekkjati fil-habs. “Il-vetturi ufficjali tal-habs ma jigux iccekkjati ghax jahsbu li dawk zgur mhu se jdahhlu xejn maghhom. Izda fil-verità qed jigri bil-kontra u ghalhekk isiru l-abbuzi. L-unici vetturi li jigu ccekkjati huma bhall-vann tal-haxix u frott li jgib il-prodotti fil-habs.”
Zied jghidli li appena l-vetturi jidhlu fil-habs, id-droga tasal maghhom u tinhatt mill-prigunieri.
Izda dak mhux l-unika mezz ta’ kif tiddahhal id-droga fil-habs.
“Mezz iehor komuni huwa li jdahhluha l-vizitaturi. Gieli tiddahhal mall-ikel jew inkella mal-hwejjeg, jew inkella m’oggetti ohrajn. Ghalkemm isiru tfittxijiet fuq il-vizitaturi u l-oggetti li jgibu maghhom, gieli jkun hemm kazi fejn id-droga tant tkun mohbija tajjeb li ma tinstabx u tispicca ghand il-prigunieri.”
Il-gwardjan jghid li t-tip ta’ tiftix li qieghed isir bhalissa huwa tiftix baziku hafna. “Madwar 14 -il sena ilu kienet inxtrat x-ray machine li dak iz-zmien kienet tiswa mall-Lm50,000. L-ghan taghha kien li zzomm moniteragg ta’ x’jiddahhal fil-habs mil-vizitaturi. Din il-magna tista’ tghid li ftit li xejn intuzat, u llum il-gurnata tinsab mghottija ghax m’ghadhiex tintuza.
Apparti minn hekk, qabel kienu jintuzaw ukoll il-klieb li kienu jfittxu d-droga. Illum il-gurnata lanqas din is-sistema m’ghadha tintuza.”
Kif isir l-abbuz u t-traffikar tad-droga fil-habs?
Lill-gwardjan staqsejtu kemm hija haga komuni li jaraw prigunieri jabbuzaw mid-droga. “M’hemmx bzonn tarahom b’ghajnejk biex tinduna li jkunu taht l-effett tad-droga. Jien li ilni hafna snin naghmel dan ix-xoghol, drajthom hafna s-sinjali li jindikaw li prigunier ikun qieghed fuq id-droga.
Ghedtlu biex jelabora aktar dwar dawn is-sinjali.
“Sinjal ewlieni li jindika li prigunier jinsab taht l-effett tad-droga huwa l-irqad fit-tul. Gieli jkun hemm prigunieri li jqumu filghodu ghar-rassenja u wara jergghu jidhlu fic-cellel jorqdu u jdumu reqdin sighat twal. Jew inkella filghaxijiet, mas-sebgha tara lil kulhadd jinqafel fic-cella tieghu u jkun hemm hemda kbira.”
Zied jghid li l-aktar hinijiet li fihom il-prigunieri jabbuzaw mid-droga huwa bejn 12:30 u s-14:00 meta jkunu maqfulin fic-cellel taghhom jew inkella wara t-20:30.
Sinjal iehor car li jindika li l-prigunieri jkunu jabbuzaw regolarment mid-droga huwa meta jiehdu l-methadone, u fi kliemu hemm ammont konsiderevoli ta’ prigunieri li jiehdu l-methadone.
Staqsejtu jekk giliex sabu oggetti relatati mat-tehid tad-droga fic-cellel. “Iva mhux l-ewwel darba li sibna oggetti relatati mat-tehid tad-droga bhal foil li jintuza biex fuqu tinharaq l-eroina jew inkella anke siringi.”
Fil-habs id-droga tigi wkoll ittraffikata. “Fil-habs ta’ Kordin, hemm tal-anqas 10 prigunieri li huma “pushers”. Dawn iqassmu u jbieghu d-droga lill-ohrajn. Fil-habs, id-droga ma tinxtarax bil-flus imma bil-grosos tas-sigaretti jew inkella bit-telecards.
Imbaghad generalment, il-“pushers” jaghmlu s-sigaretti flus. Mhux ta’ b’xejn hemm prigunieri li jkollhom eluf t’ewro ddepozitati fil-kontijiet bankarji taghhom.”
Staqsejtu x’jista’ jsir biex tonqos l-ammont ta’ droga mill-habs. “Fil-habs id-droga tant hi mifruxa li tista’ tghid hija stil ta’ hajja. Huwa ghalhekk li hemm bzonn li jinzamm moniteragg aktar professjonali u jsir aktar tiftix inkluz fuq karozzi ufficjali tal-habs. Qabel ma dawn l-affarijiet ser jigu ndirizzati bis-serjetà, il-problema tad-droga fil-habs mhux se tissolva.”
Il-gwardjan temm jghid li jekk l-awtoritajiet koncernati ser jibqghu jaghlqu ghajnejhom quddiem din is-sitwazzjoni, l-affarijiet se jkomplu jaggravaw.

| < Prev | Next > |
|---|






