Wednesday
Feb 22nd
Text size
  • Increase font size
  • Default font size
  • Decrease font size

Esponenti Nazzjonalisti jkomplu jitqatlu bejniethom

E-mail Print PDF
Share

screen_shot_2012-01-21_at_17.19.55Ilbierah id-deputat Nazzjonalista Jeffrey Pullicino Orlando stqarr li kien se jappoggja lil Franco Debono fuq il-mozzjoni dwar il-finanzjament tal-partiti (li giet ipprezentata l-bierah), anki jekk ma kienx se jappoggjah fuq il-mozzjoni ta’ sfiducja fil-Gvern.

Jeffrey Pullicino Orlando sostna li kien apprezza l-importanza tal-ligi dwar il-finanzjament tal-partiti fiz-zmien meta Eddie Fenech Adami kien Prim Ministru u hu (JPO) kien ghamel kampanja kontra l-bini ta’ fabbrika tas-siment li kienet qed tigi proposta minn Charles Polidano c-Caqnu. JPO kien sahansitra gabar petizzjoni ta’ 10,000 firma kontra din il-fabbrika.

Pullicino Orlando qal li dak iz-zmien Joe Saliba, li kien Segretarju Generali tal-Partit Nazzjonalista, kien opponieh fuq din il-kwistjoni: “Iltqajt ma’ oppozizzjoni qawwija minn Joe Saliba, dak iz-zmien Segretarju Generali tal-PN. Dan uza l-makkinarju kollu tal-Partit biex jimbotta l-approvazzjoni tal-fabbrika tas-siment. Dejjem kont nistaqsi ghalfejn, sakemm sirt naf li wara l-ahhar elezzjoni gie mpjegat mis-sur Polidano bhala ‘konsulent’. Is-sur Polidano kien jiftahar li kien ihallsu eluf ta’ ewro kull xahar ghas-servizzi tieghu”, temm jghid Jeffrey Pullicino Orlando.

Kummenti (0)Add Comment

Ikkummenta
quote
bold
italicize
underline
strike
url
image
quote
quote
smile
wink
laugh
grin
angry
sad
shocked
cool
tongue
kiss
cry
smaller | bigger

busy
 

It-Temp

Rain Showers Sunny Partly Cloudy Partly Cloudy
9C 13C 14C 13C 13C
Wed Thu Fri Sat Sun

 

Karikatura

 

Faccata