Wednesday
Feb 22nd
Text size
  • Increase font size
  • Default font size
  • Decrease font size

Malta bl-iktar rata baxxa ta’ xoghol wara l-Ungerija

E-mail Print PDF
Share

chart_xogholMis-27 Stat Membru tal-Unjoni Ewropea

Malta ghandha l-aktar rata baxxa ta’ nies jahdmu fis-27 pajjiz tal-Unjoni Ewropea wara l-Ungerija. Filwaqt li r-rata medja fl-Unjoni Ewropea hi ta’ 64.1%, dik ta’ Malta hi biss ta’ 56.1%. Dan ifisser li Spanja li bil-krizi u r-ricessjoni qawwija u ghandha l-ikbar rata ta’ qghad, xorta wahda tghaddi lil Malta fil-percentwal ta’ nies li ghadhom jahdmu fil-popolazzjoni.

Il-Professur tal-Ekonomija u Ewroparlamenari Laburista Edward Scicluna, mistoqsi jispjega kif jispjega l-fatt li Malta ghandha rata baxxa ta’ qghad meta ghandha rata baxxa ta’ xoghol, qal illi r-rata tal-qghad m’ghandiex tintuza bhala indikatur ta’ kemm qed jinholoq xoghol.

 

Ir-rata tal-qghad hija biss indikatur makro-ekonomiku biex jindikalek fejn jinstab ic-ciklu ekonomiku. Hekk meta l-qghad ikun gholi wiehed jistenna li l-ekonomija hija f’xi ricessjoni. Ghall-kuntrarju jekk ir-rata hija baxxa hafna tfisser ekonomija hija espansiva zzejjed. Dan kollu fuq medda qasira ta’ zmien.

 

Biex wiehed iqabbel ma’ pajjiz iehor kemm l-ekonomija tieghu tkun holqot xoghol, wiehed ghandu juza indikatur iehor - ir-rata tax-xoghol. Din titkejjel bhala l-percentwal ta’ persuni fil-pajjiz fl-età ta’ bejn is-16 u l-64 sena li jkunu qed jahdmu.

 

Tista’ tghodd dawk ukoll li ghandhom part-time bhala x-xoghol principali taghhom. Din ir-rata tindikalek kemm l-ekonomija holqot impjiegi produttivi. Din ir-rata hija importanti ghax tindikalek kemm hemm nies li jikkontribwixxu ghat-taxxi diretti u ghal pensjonijiet. Iktar ma hija gholja, iktar il-piz tal-popolazzjoni jinqasam fuq iktar haddiema. Ghall-kuntrarju fejn ir-rata hi baxxa ikbar hu l-piz fuq il-persuni li jahdmu.

 

Issa Malta ghandha l-izghar rata ta’ nies jahdmu fis-27 pajjiz tal-Unjoni Ewropea wara l-Ungerija. Filwaqt li r-rata medja fl-Unjoni Ewropea hi ta’ 64.1%, dik ta’ Malta hi biss ta’ 56.1% Ghalkemm ma titwemminx, dan ifisser li Spanja li bil-krizi u r-ricessjoni qawwija u ghandha l-ikbar rata ta’ qghad, xorta wahda tghaddi lil Malta fil-percentwal ta’ nies li ghadhom jahdmu fil-popolazzjoni.

Kummenti (0)Add Comment

Ikkummenta
quote
bold
italicize
underline
strike
url
image
quote
quote
smile
wink
laugh
grin
angry
sad
shocked
cool
tongue
kiss
cry
smaller | bigger

busy
 

It-Temp

Rain Showers Sunny Partly Cloudy Partly Cloudy
9C 13C 14C 13C 13C
Wed Thu Fri Sat Sun

 

Karikatura

 

Faccata