Monday
May 21st
Text size
  • Increase font size
  • Default font size
  • Decrease font size

Lawrence Gonzi jipprova jahbi kemm zdiedu l-impjiegi mal-Gvern

E-mail Print PDF
Share

F’Novembru li ghadda, id-deputat Joe Mizzi kien ghamel mistoqsija parlamentari semplici u cara li kienet tistaqsi lill-Prim Ministru Lawrence Gonzi kemm kienu n-numru ta’ haddiema fis-settur pubbliku skont id-definizzjoni ta’ Gvern Generali, maqsuma part-time u full-time, mill-1998 sa l-2011.

Fit-twegiba li kien ta, l-Prim Ministru kien qal li din l-istatistika tigi ppubblikata kull xahar mill-Ufficcju Nazzjonali tal-Istatistika (l-NSO), u ghaldaqstant pogga fuq il-mejda tal-Kamra l-ahhar cifri ppubblikati mill-NSO.

Madankollu, rrizulta li l-informazzjoni li jippubblika l-NSO u li pogga fuq il-mejda tal-Kamra il-Prim Ministru, m’humiex migbura skont id-definizzjoni ta’ Gvern Generali, li hi konformi ma’ dak li titlob il-Kummissjoni Ewropea f’dak li ghandu x’jaqsam mal-qaghda finanzjarja tal-gvern.

Ghaldaqstant, Mizzi rega’ staqsa ghall-istess informazzjoni li kien staqsa ghaliha lill-Prim Ministru fil-mistoqsija precedenti.

Din id-darba, fit-twegiba li ta f’Jannar 2012, il-Prim Ministru qal li biex tigi mwiegba din id-domanda kien mehtieg ammont konsiderevoli ta’ hin u rizorsi, u fl-assenza ta’ raguni valida, stqarr li ma kienx lest jahli l-hin u r-rizorsi ghal dan il-ghan.

Izda meta l-jum ta’ wara d-deputat Gavin Gulia talab l-istess informazzjoni lill-NSO, l-NSO pprovda din l-informazzjoni f’anqas minn 24 siegha. Dan jikkontradixxi dak li kien qal Lawrence Gonzi gurnata qabel, jigifieri li din l-informazzjoni kienet tirrekjedi ammont konsiderevoli ta’ hin u rizorsi biex tingabar.

Jista’ jkun li minhabba l-instabbiltà li jinsab fiha l-Gvern ta’ Lawrence Gonzi, il-Prim Ministru m’huwiex daqstant iffukat biex jaqdi dmiru sew, izda jista’ jkun ukoll li Lawrence Gonzi kien konxju sew ta’ dawn ic-cifri, u ghalhekk pprova jahbi din l-informazzjoni dwar l-impjiegi fid-dipartimenti u l-ministeri tal-gvern u l-entitajiet pubblici u l-awtoritajiet li jaqghu taht il-Gvern Generali bhal ma tirrikonoxxi l-Kummissjoni Ewropea.

Minn dawn ic-cifri li ta l-NSO lil Dr Gulia, johrog li minkejja l-ftahir ta’ kemm il-Gvern Nazzjonalista naqqas l-impjiegi minn mal-gvern, insibu li bejn it-tielet kwart tal-1998, meta kien hemm il-Gvern Laburista mmexxi minn Dr Alfred Sant, u t-tieni kwart tal-2011, li hi l-ahhar statistika disponibbli, l-impjiegi mal-Gvern zdiedu minn 33,282 ghal 36,401, li jfisser zieda ta’ 3,119 impjieg matul dawn l-ahhar 13 il-sena ta’ Gvernijiet Nazzjonalisti.

 

Filwaqt li l-impjiegi fil-ministeri u d-dipartimenti naqsu b’madwar 1,000 persuna, madankollu fl-awtoritajiet u l-entitajiet pubblici li holqu Gvernijiet Nazzjonalisti, l-impjiegi splodew minn madwar 2,600 ghal aktar minn 6,600; zieda ta’ ftit aktar minn 4,000 impjieg.

Min-naha l-ohra, ic-cifra tal-impjiegi fil-kunsilli lokali zdiedet b’iktar mid-doppju - minn 117 ghal 267. Ghaldaqstant johrog car li z-zidiet fl-impjiegi mal-gvern qed isiru fl-hekk imsejha Extra Budgetary Units (EBUs), fejn il-mod kif jigu mpjegati l-persuni mhux regolat daqshekk strettament bhall-impjegi fid-dipartimenti tal-gvern.

Madankollu, din l-istatistika turi wkoll certu xejra sistematika interessanti, fejn fl-istess kwart ta’ meta ssir l-elezzjoni generali, l-impjiegi mal-gvern jizdiedu. Per ezempju, bejn l-ahhar kwart tal-2002 u l-ewwel kwart tal-2003, l-impjiegi mal-Gvern taht il-Prim Ministru Eddie Fenech Adami zdiedu b’aktar minn 1,400 persuna.

Izda fl-ewwel elezzjoni li ffaccja Lawrence Gonzi bhala Kap tal-Partit u Prim Ministru, bejn l-ahhar kwart tal-2007 u l-ewwel kwart tal-2008, l-impjiegi mal-gvern kienu zdiedu b’madwar 2,000.

Interessanti wkoll li filwaqt li fi zmien l-elezzjoni tal-2003 l-Prim Ministru Fenech Adami kien zied l-impjiegi fl-Extra Budgetary Units (EBUs) biss, matul il-perijodu tal-elezzjoni tal-2008 Lawrence Gonzi kien zied l-impjiegi fil-ministeri u d-dipartimenti tal-gvern b’madwar 900 persuna u b’madwar 1,100 persuna fl-EBUs.

Jekk tassew il-passat huwa garanzija ghall-futur, bit-tmexxija ta’ Lawrence Gonzi ghandna nistennew zieda qawwija fl-impjiegi mal-gvern f’dawn l-ewwel xhur tas-sena 2012, billi jidher li l-elezzjoni tista’ ssir matul l-ewwel kwart ta’ din is-sena. Ghaldaqstant dan jixhet dubji serji dwar kemm hu kredibbli l-gvern ta’ Lawrence Gonzi meta kkommetta ruhu mal-Kummissjoni Ewropea li jnaqqas l-impjiegi minn mal-gvern biex inaqqas in-nefqa fuq il-pagi.

Wara kollox, sena ilu l-Ministeru tal-Finanzi kien wieghed ukoll li ghal kull tnejn li jirtiraw, kien se jimpjega wiehed biss, izda filwaqt li bejn it-tieni kwart ta l-2010 u t-tieni kwart tal-2011 l-impjiegi mal-gvern jidher li baqghu fl-istess ilma, fil-verità tnaqqsu l-impjiegi part-time b’madwar 500 u zdiedu l-impjiegi full-time bl-istess ammont, biex b’hekk il-Gvern kompla jkabbar in-nefqa tieghu fil-pagi.

Kummenti (0)Add Comment

Ikkummenta
quote
bold
italicize
underline
strike
url
image
quote
quote
smile
wink
laugh
grin
angry
sad
shocked
cool
tongue
kiss
cry
smaller | bigger

busy
 

It-Temp

Fair Sunny / Wind Mostly Sunny Sunny Sunny
17C 23C 24C 23C 23C
Mon Tue Wed Thu Fri

 

Karikatura

 

Faccata