Wednesday
Feb 22nd
Text size
  • Increase font size
  • Default font size
  • Decrease font size

L-elezzjoni generali tidher ferm fil-qrib

E-mail Print PDF
SharedeputatiIlbierah id-Deputat Nazzjon-alista Beppe Fenech Adami fetah attakk frontali kontra d-Deputat Franco Debono mahsub biex jiskreditah ghal kollox f’ghajnejn il-pubbliku, proprju ftit tas-sighat qabel ma jibda d-dibattitu nhar it-Tnejn li gej fil-Parlament dwar il-mozzjoni ta’ sfiducja fil-Gvern tal-Prim Ministru Gonzi, liema mozzjoni ta’ sfiducja se jittiehed vot dwarha nhar il-Hamis li gej f’nofsinhar.

L-attakk ahrax li fetah Beppe Fenech Adami fuq Franco Debono lbierah, jikkonferma li issa kwazi nharqet ghal kollox kull possibbiltà ta’ kompromess  u minhabba f’hekk l-elezzjoni generali tidher li hi ferm vicin.


Beppe Fenech Adami huwa meqjus vicin hafna ta’ Lawrence Gonzi u tat-tmexxija Nazzjonalista, anki ghal ragunijiet li jmorru lura fl-istorja, peress li Lawrence Gonzi kien il-maghzul u l-predilett ta’ Eddie Fenech Adami.


Proprju ghalhekk l-attakk feroci li Beppe Fenech Adami ghamel fuq il-kredibbiltà ta’ Franco Debono, m’hemmx dubju li kellu minn qabel il-benedizzjoni tat-tmexxija Nazzjonalista.


Beppe Fenech Adami lbierah waqt il-programm Ghandi Xi Nghid fuq Radju Malta, allega li fi zmien tal-bagit li ghadda, kien gie avvicinat minn Franco Debono li kien qallu li kien lest li jaghmlu Ministru tal-Gustizzja flok Carmelo Mifsud Bonnici, u tah x’jifhem li kien qieghed jaspira li jsir prim ministru. Skont Beppe Fenech Adami, meta huwa wiegbu li ma kienx interessat f’dan,  Franco Debono qallu li, ladarba ma kienx se jappoggjah, kellu jinsa kollox qisu qatt ma qallu xejn.

Beppe Fenech Adami allega wkoll li meta xi xhur ilu Carmelo Mifsud Bonnici kien rikoverat l-isptar minhabba marda serja, Franco Debono kien qieghed jaghmel press-joni biex Carmelo Mifsud Bonnici jitnehha minn ministru biex jigi mahtur hu (Franco Debono) minfloku.


Beppe Fenech Adami allega wkoll li Franco Debono kien stqarr mieghu li vvota kif ivvota dwar il-mozzjoni tal-Arriva ghax ried ippattieha lil Austin Gatt minhabba li xi ghaxar snin qabel kellu kwistjoni mieghu dwar kumpens lil xi familja u ma ftehmux.


Fenech Adami kompla jghid illi minkejja li rebah kemm lil Louis Galea u anki lil Helen Damato fil-hames distrett, Franco Debono xorta wahda baqa’ juza kliem dispreggattiv u insolent fil-konfront taghhom, bhal dik “il-bicca teacher” ghal Helen Damato.


Beppe Fenech Adami qal ukoll illi Franco Debono mieghu kien dejjem ifahhar lil missieru, imma fl-istess kien jesprimi d-dizappunt tieghu kif Eddie Fenech Adami qatt ma gharaf il-kapacitajiet li ghandu  u qatt ma hatru f’bordijiet tal-Gvern.


Sadanittant fi twegiba immedjata matul l-istess programm  permezz ta’ intervent bit-telefon, Franco Debono qal illi Beppe Fenech Adami kien qieghed jivvinta u jigdeb b’mod sfaccat fuqu.
D

ebono staqsa jekk l-allegazzjonijiet li ghamel Beppe Fenech Adami  fuqu kienux simili ghal l-allegazzjoni ta’ Eddie Fenech Adami (dwar Alfred Sant) lejlet l-elezzjoni generali u li dwarha Eddie Fenech Adami kien tilef libell.

Ghar-rigward tal-allegazzjoni ta’  Beppe Fenech Adami li huwa ried ippattieha lil Austin Gatt minhabba kaz ta’ 10 snin ilu, dwar dan il-kaz Franco Debono qal illi Austin Gatt ma riedx jaghti kumpens xieraq lill-familjari ta’ Nardu Debono ghax kien sostna li dawn ma kienux il-vittma tar-reat imma l-eredi tal-vittma. Madankollu meta hut Nardu Debono kienu qabdu lil Dr. Joe Zammit Maempel bhala avukat, li jigi haten Austin Gatt, dawn kienu inghataw ‘il fuq minn kwart ta’ miljun ewro bhala kumpens.

Franco Debono tenna fit-twegiba tieghu li d-demokrazija f’pajjizna ddegenerat b’mod qawwi u li l-pajjiz huwa tal-Maltin kollha mhux ta’ oligarkija, ta’ ftit maghzulin. Debono qal illi l-Partit Nazzjonalista ma kienx partit privat ta’ zewg jew tlett familji jew ta’ ftit individwi.  Huwa qal li huwa m’ghandux xi magna tal-media jew tal-propaganda ghad-dispozizzjoni tieghu. L-uniku appogg li ghandu huwa tar-raguni u tal-poplu Malti ta’ rieda tajba li jista’ jifhem dak li qieghed jghid hu u li ghandhom l-istess preokkupazzjonijiet tieghu meta jkun fi djarhom u fil-postijiet tax-xoghol taghhom.

Kummenti (0)Add Comment

Ikkummenta
quote
bold
italicize
underline
strike
url
image
quote
quote
smile
wink
laugh
grin
angry
sad
shocked
cool
tongue
kiss
cry
smaller | bigger

busy
 

It-Temp

Rain Showers Sunny Partly Cloudy Partly Cloudy
9C 13C 14C 13C 13C
Wed Thu Fri Sat Sun

 

Karikatura

 

Faccata