Qabel biss ma nqalghet l-ahhar kwistjoni tad-Deputat Nazzjonalista Franco Debono, dan il-Gvern kien digà qed juri sinjali li qed jipprepara ghall-possibbiltà ta’ elezzjoni bikrija. Dan hekk kif kienu qed jintbaghtu fuljetti fid-djar madwar Malta u Ghawdex dwar il-hidmiet varji tal-Gvern.
Wiehed minn dawn il-fuljetti kien dak dwar il-Bagit 2012, mahrug mill-Ufficcju tal-Prim Ministru. Dan il-fuljett, li sar minn fondi pubblici, kien fih 32 faccata bil-kulur, mimlija b’hafna ritratti u tipa kbira, biex tinghata l-impressjoni li l-Bagit kien fih hafna inizjattivi.
Halli li wara dan il-ftahir kollu issa l-Gvern kellu jhabbar li se jkollu jnaqqas minn din l-ispiza pubblika b’40 miljun ewro ghax il-Kummissjoni Ewropea qaltlu li kkalkula l-bagit hazin.
Iktar minn hekk, ghal dak li huwa kontenut ta’ dan il-fuljett, hafna mill-inizjattivi u l-progetti msemmija jew ghadhom ma sarux, jew saru wara hafna tqanzih u tahwid, jew inkella saru minkejja li m’humiex sostenibbli.
Fost dawn wiehed jista’ jsemmi l-leave tal-maternità, li l-Gvern ftahar li se jizdied b’erba’ gimghat wara li kien ilu zmien twil jopponi din l-istess proposta mressqa mill-Partit Laburista.
Wara snin shah jipposponi l-weghda dwar tnaqqis fl-income tax, issa qed jiftahar ghax se jsir tnaqqis biss ghall-genituri li jahdmu t-tnejn jew li jibghatu lil uliedhom fi skejjel privati jew ghal-lezzjonjiet tal-isports. Dwar ic-children’s allowance qed jiftahar ghax dan zdied biss ghal dawk li jaqilghu l-izjed.
Ftahar li l-anzjani mal-pensjoni se jinghataw iz-zieda shiha ghall-gholi tal-hajja, meta din hija l-inqas haga li jista’ jaghmel ghall-anzjani li digà mhux qed ilahhqu mal-hajja li dejjem toghla. Ftahar kemm il-progetti ta’ tisbih qed joholqu mpjiegi, bhal li kieku s-sostenibbilta` tal-progett tiddependi fuq kemm hemm haddiema jahdmu fuqu. Dan barra li ma qalx x’se jsir minn dawn il-haddiema galadarba l-progetti jintemmu.
Fil-qasam tas-sahha ftahar ukoll bl-Ispizerija tal-Ghazla tieghek, meta din ilha li waqghet lura u qed tirkupra biss dan l-ahhar. Intqal ukoll li se jizdiedu l-pilloli tad-dimensja, izda persuni li marru biex jigbruhom mic-Centri tas-Sahha, gew infurmati mill-ispizjara li dawn il-pilloli ma jezistux. Ftahar biz-zieda fl-operazzjonijiet, izda nesa jsemmi l-problema ta’ nuqqas ta’ sodod li baqghet tippersisti fil-Mater Dei.
Wiehed ma jieqafx isemmi n-nuqqasijiet fil-kontenut ta’ dan il-fuljett, li fl-ahhar mill-ahhar huma nuqqasijiet serji fit-tmexxija ta’ dan il-Gvern. Dan l-ahhar intbghatu wkoll fuljetti minn ministeri specifici, fosthom dak ta’ Dolores Cristina, ta’ Chris Said u ta’ Jason Azzopardi.

| < Prev | Next > |
|---|






