Monday
May 21st
Text size
  • Increase font size
  • Default font size
  • Decrease font size

Il-Partit Laburista jinghata certifikat ghall-ugwaljanza

E-mail Print PDF
Share

margaret_quintano_-_partit_laburistaIl-Partit Laburista gie pprezentat bic-certifikat Equality Mark mill-Kummissjoni Nazzjonali ghall-Promozzjoni tal-Ugwaljanza (NCPE). Dan kien certifikat li juri li l-PL ghandu verament ghal qalbu l-ugwaljanza bejn is-sessi, u li jippratika dak li jemmen fih. Il-PL huwa l-ewwel partit politiku f’Malta li nghata dan ic-certifikat.

Din il-gazzetta talbet il-kumment ta’ Margaret Quintano, il-Maniger ghar-Rizorsi Umani fi hdan il-Partit Laburista li kienet wara dan il-progett mill-bidu.

“Il-Partit Laburista nghata l-Equality Mark Certification ghax pogga fil-prattika politika li tiggarantixxi l-ugwaljanza bejn is-sessi u mizuri family friendly ghall-impjegati tieghu.

Il-PL minn dejjem kien pijunier fl-ugwaljanza bejn is-sessi u huwa l-ewwel partit politiku li rcieva din ic-certifikazzjoni. Il-PL huwa kommess li jikkumbatti d-diskriminazzjoni fuq il-post tax-xoghol u li jimplimenta mizuri li jtejbu l-kwalità tal-hajja tal-haddiema u l-familji taghhom.

Fost l-inizjattivi li ha, il-PL hatar persuna fuq l-Ezekuttiv Nazzjonali biex tippromwovi opportunitajiet indaqs.

Il-PL jikkunsidra c-certifikat ghall-Ugwaljanza tal-NCPE bhala rikonoxximent prestigjuz hafna ghall-organizzazzjonijiet li jemmnu fl-ugwaljanza, u jemmen li l-ghotja ta’ dan ic-certifikat se jkun fattur motivanti ghall-impjegati tieghu u se jkompli jssahhah il-valuri tal-ugwaljanza mal-istakeholders.”

Dwar din il-kisba tal-PL ikkumentat ukoll il-Kelliema Laburista ghall-Ugwaljanza Helena Dalli.

“Il-Partit Laburista kien minn ta’ l-ewwel li beda jahdem biex is-socjetà Maltija tkun wahda gusta minghajr diskriminazzjoni fuq l-ebda bazi. Konna u ghadna l-aktar partit li hadem u zamm fuq l-agenda nazzjonali kwistjonijiet tal-ugwaljanza.

Il-PL u gvernijiet Laburisti taw hafna biex gabu s-socjetà taghna f’livelli ma’ socjetajiet avvanzati ohra f’dan il-qasam. Il-fatt li agenzija tal-gvern qeghda tirrikonoxxi dan kollu, hija xi haga tajba.”

Kummenti (0)Add Comment

Ikkummenta
quote
bold
italicize
underline
strike
url
image
quote
quote
smile
wink
laugh
grin
angry
sad
shocked
cool
tongue
kiss
cry
smaller | bigger

busy
 

It-Temp

Fair Sunny / Wind Mostly Sunny Sunny Sunny
17C 23C 24C 23C 23C
Mon Tue Wed Thu Fri

 

Karikatura

 

Faccata