Monday
May 21st
Text size
  • Increase font size
  • Default font size
  • Decrease font size

Applikaw ghal scholarship u thallew fil-limbu

E-mail Print PDF
Share

Persuni li qed jaghmlu kors privat fl-ekonomija u li applikaw biex jiehdu scholarship f’Ottubru li ghadda, s’issa thallew minghjar ebda risposta dwar jekk hux se jkunu qed jiggwadanjaw minn dan l-ischolarship jew le. Dan meta l-kors li qeghdin jaghmlu jispicca tliet xhur ohra, u ghalhekk dawn l-istudenti ghandhom bzonn li jigu nfurmati mill-iktar fis dwar jekk hux se jkunu qed ihallsu ghall-kors minn buthom.

Dan l-ischolarship kien parti minn skema reklamata mill-ETC li ggib l-isem TSSA. Permezz ta’ din l-iskema persuni li qeghdin jahdmu jew li qed ifittxu mpjieg, kienu se jigu mejghuna finanzjarjament biex ikunu jistghu jaghmlu kors li bih jghollu l-livell tal-edukazzjoni taghhom fil-qasam tal-medja digitali jew fil-qasam finanzjarju.

Il-gazzetta KullHadd tkellmet ma’ tfajla partikolari li qed taghmel diploma fl-ekonomija u li kienet wahda minn dawn il-persuni li ma nghatatilhom l-ebda twegiba dwar jekk hux se jkunu qed jinghataw din l-ghajnuna finanzjarja.

Hija tghid li uhud minn shabha tal-kors gew mgharrfa li kkwalifikaw ghal din l-iskema fil-bidu ta’ Dicembru, u li digà rcevew ir-rizorsi li jridu jistudjaw minn fuqhom.

Peress li ghal din l-iskema applikaw hafna nies, l-applikanti kienu sottomessi ghal intervisti quddiem bord biex jigi determinat min huma l-persuni li l-iktar jistghu jibbenefikaw minn din l-iskema. It-tfajla li kellimna tghid li ghamlet l-intervista f’Novembru, u li persuna partikolari fuq il-bord, minflok ma ghamlet il-mistoqsijiet kif suppost, qaghdet titkellem hi fuq l-ekonomoija minghajr ma tatha cans tispjega ghalfejn dan il-kors huwa mportanti ghaliha.

Din it-tfajla tkompli tghid li suppost dawk li jibbenefikaw mill-iskema kellhom jigu maghzula abbazi tax-xoghol taghhom, id-dhul finanzjarju li ghandhom, il-kwalifiki u l-motivazzjoni.

 

Hija qed tistaqsi kemm il-persuni verament intghazlu fuq dawn il-kriterji, meta certu persuni li digà gew maghzula ma kellhomx bzonn din l-ghajnuna finanzjarja.

 

“Jien qed inhossni dizappuntata hafna, avolja qalulna li qeghdin fuq waiting list, ghaliex l-ezamijiet qed joqorbu u l-kors wasal biex jispicca. Jien u ohrajn bhali ghadna ma nafux jekk il-gvern hux se jghin lilna wkoll jew lil dawk il-persuni li gew maghzula s’issa biss”, temmet tghid din il-persuna.

Kummenti (0)Add Comment

Ikkummenta
quote
bold
italicize
underline
strike
url
image
quote
quote
smile
wink
laugh
grin
angry
sad
shocked
cool
tongue
kiss
cry
smaller | bigger

busy
 

It-Temp

Fair Sunny / Wind Mostly Sunny Sunny Sunny
17C 23C 24C 23C 23C
Mon Tue Wed Thu Fri

 

Karikatura

 

Faccata