Monday
May 21st
Text size
  • Increase font size
  • Default font size
  • Decrease font size

TM tirrifjuta li thallas id-danni wara rapport ta’ din il-gazzetta

E-mail Print PDF
SharehofraGimatejn ilu l-gazzetta KullHadd irrappurtat kif persuna li kienet sofriet danni fil-karozza kawza ta’ hofra fi Triq il-Kottonera, l-Birgu, wara iktar minn sena kienet ghadha ma nghatatx konferma minghand Transport Malta dwar meta se tkun qed tithallas ghall-ispejjez li garrbet.

Proprju l-gimgha li ghaddiet, ezatt wara r-rapport ta’ din il-gazzetta, TM baghtet ittra bl-avukat lil din il-persuna fejn infurmatha li TM ma kienetx lesta thallas ghad-danni, u cahdet kategorikament l-‘allegazzjonijiet’ ta’ din il-persuna. TM qed tichad li seta’ sehh tali incident fuq il-bazi li t-triq isirulha spezzjonijiet regolari u tigi patched kull meta jkun hemm bzonn.

TM qed tichad li seta’ kien hemm hofra, u dan meta din il-gazzetta ppubblikat ir-ritratti tal-hofra fonda li kien hemm fi Triq il-Kottonera, flimkien ma’ ritratti tad-danni li din il-persuna garrab mad-daqqa, liema ritratti kienu ntbghatu wkoll lil TM.

Barra minn hekk, bhala prova addizzjonali, TM kienet inghatat ukoll kopja tar-rapport li din il-persuna kienet ghamlet minnufih fl-eqreb ghassa.

Iktar minn hekk, fl-ittra li ntbghatet minghand GTG Advocates f’isem TM, intqal li l-incident sehh fl-20 ta’ Novembru 2011, meta fil-fatt l-incident sehh sena qabel, f’Novembru 2010. Dan ifisser li TM qed tichad li seta’ sehh incident meta lanqas biss tat kas tad-data li fiha sehh l-incident.

TM qed tirreferi ghall-‘allegazzjonijiet’ meta taf tajjeb li dan il-kaz huwa sostanzjat bil-provi. Jidher li TM thoss li ghandha bizzejjed awtorità li tista’ tinjora l-provi tar-ritratti u sahansitra r-rapport tal-Pulizija, u dan biex tevita li thallas id-danni li s-sewwieqa jgarrbu meta jghaddu minn go xi hofra li tinsab f’toroq li jaqghu taht ir-responsabbiltà ta’ TM.

Kummenti (0)Add Comment

Ikkummenta
quote
bold
italicize
underline
strike
url
image
quote
quote
smile
wink
laugh
grin
angry
sad
shocked
cool
tongue
kiss
cry
smaller | bigger

busy
 

It-Temp

Fair Sunny / Wind Mostly Sunny Sunny Sunny
17C 23C 24C 23C 23C
Mon Tue Wed Thu Fri

 

Karikatura

 

Faccata