F’Jannar tal-1972, pajjizna taht it-tmexxija ta’ Dom Mintoff waqqaf ir-relazzjonijiet bilaterali mac-Cina. Storikament kien pass li gab mieghu kontroversji kbar u kien ta direzzjoni kompletament differenti lill-politika barranija ta’ pajjizna.
KRISTA CARUANA tkellmet mal-eks Ministru Laburista RENO CALLEJA dwar ir-relazzjonijiet bilaterali bejn Malta u c-Cina li matul dan ix-xahar jaghlqu 40 sena.
Storikament, it-twaqqif ta’ dawn ir-relazzjonijiet gabu tibdiliet politici, ekonomici u socjali kbar f’pajjizna. Kemm kien ghaqli li pajjizna, beda dawn ir-relazzjonijiet f’Jannar tal-1972?
Il-bidu tar-relazzjonijiet bejn Malta u c-Cina jridu jigu valutati fil-kuntest tal-politika tal-Perit Dom Mintoff u l-Gvern Laburista ta’ dak iz-zmien li kienu determinati li jizgancaw lil Malta mill-hakma totali ekonomika li kellhom l-Inglizi u n-NATO fuq pajjizna.
Ic-Cina, li dak iz-zmien kienet pajjiz fqir, ghenitna bi flus, tatna ghajnuna teknika u baghtitilna l-haddiema biex f'Malta setghu jinbnew l-akbar zewg progetti infrastrutturali li qatt saru f’Malta, jigifieri r-‘Red China Dock’, li llum inghata bix-xejn lill-kumpannija Taljana li thaddem maghha haddiema barranin u l-Port ta’ Marsaxlokk.
Dan il-progett ghadu sal-lum ihaddem haddiema Maltin u qed ikun ukoll sors ta’ dhul ta’ flus ghal Malta, minkejja li dan ukoll inghata lill-barrani mill-Gvern Nazzjonalista. Dan l-ahhar il-kumpannija Franciza li lilha nkera l-Port ta’ Marsaxlokk, bieghet nofs l-ishma taghha lill-kumpannija Torka ghal €400 miljun. Illum nistaqsi, “ahna bhala pajjiz x’hadna minn dan?”
X'tahseb li kienu l-akbar gwadannji li ghamel pajjizna minn dawn ir-relazzjonijiet?
Meta t-Tarzna kienet thaddem eluf ta’ Maltin, kienu jigu vapuri kbar isewwu hawn. Wahda mir-ragunijiet kienet li Malta, bis-sahha tac-Cinizi, kellha l-akbar bacir fil-Mediterran. L-istess ghall-container port ta’ Marsaxlokk. Minn dan il-port jghaddu miljuni kbar ta’ containers tal-merkanzija kull sena.
Inti minn dejjem zammejt hbiberija kbira mac-Cina u zort dan il-pajjiz diversi drabi. Kif bdiet l-imhabba tieghek lejn dan il-pajjiz?
Il-gurnalist u kittieb Richard Gibson li kiteb il-ktieb ‘The Liberation Movement of Africa’, kien gie Malta fl-l972 biex jintervista diversi nies ghax Malta taht it-tmexxija ta’ Dom Mintoff kienet qed taffaxxinah, kif kienet qed titqabad maz-zewg super potenzi ta’ dak iz-zmien, jigifieri l-Amerika u l-Unjoni Sovjetika.
Dan kien fittex lili minhabba li Joe Zerafa, li f’dak iz-zmien kien Segretarju tal-Partit Laburista, kien qallu li jien kont zaghzugh attiv u kont ninteressa ruhi fuq il-politika internazzjonali. Kien hu li hajjarni nwaqqaf l-Ghaqda ta’ Hbiberija bejn Malta u c-Cina u dan sabiex nikkumbatti l-gideb u l-mibgheda li n-Nazzjonalisti kienu qed ixerrdu kontra c-Cinizi f’dawk iz-zminijiet.
Is-sena li ghaddiet, inti flimkien ma’ persuni ohra waqqaftu l-Kamra tal-Kummerc bejn Malta u c-Cina. Ghaliex inhass il-bzonn li titwaqqaf din il-Kamra tal-Kummerc?
Il-kummerc bejn Malta u c-Cina zdied hafna. Illum ic-Cina saret dak il-pajjiz bit-tieni l-akbar ekonomija fid-dinja. Sa qabzet lill-Gappun. In-negozjanti Maltin f'dawn l-ahhar snin indunaw x’potenzjal ghandha c-Cina. Indunaw li ma jistghux jinjoraw lil dan li ggant. Peress li hafna jafu li ghandi rabtiet tajbin mac-Cina, kienu jigu ghandi hafna negozjanti li kienu jistaqsuni xi prospetti jezistu biex jibdew jaghmlu negozju ma’ dan il-pajjiz u jien dejjem kont nghinhom mill-ahjar li nista’. Imbaghad wara zjara li ghamilt fic-Cina ma’ zewg imprendituri kbar li huma Maurice u Ian Mizzi, kif gejna lura Malta ddecidejna li nwaqqfu l-Kamra tal-Kummerc bejn Malta u c-Cina.
Illum il-gurnata ghaddew 40 sena minn meta nbdew dawn ir-relazzjonijiet. X’sens ghandhom dawn ir-relazzjonijiet bilaterali llum il-gurnata u tahseb li pajjizna qed jiehu dak kollu li jista’ minn dawn ir-relazzjonijiet?
Le. Fi zmien Mintoff, Malta u c-Cina kellhom ‘zwieg ta’ mhabba’. Illum ghandhom ‘zwieg tal-konvenjenza’. Madankollu ghad hemm hafna x'jista’ jsir permezz ta’ dawn ir-relazzjonijiet bilaterali f’oqsma differenti, fosthom fuq it-turizmu, s-servizzi finanzjarji, l-banek, joint ventures ma’ kumpanniji Maltin, fil-qasam tal-edukazzjoni u hafna ohrajn.
Ftit ilu inti kont ic-Cina fejn inghatajt unur importanti mill-Gvern Ciniz. Xi tghidilna dwar dan l-unur?
F’Settembru l-Ghaqda ta’ Hbiberija bejn ic-Cina u l-pajjizi barranin tawni l-midalja tal-hbiberija. Din tinghata lil dawk li fil-fehma tac-Cinizi jkunu hadmu biex kattru l-hbiberija u r-relazzjonijiet bejn ic-Cina u pajjizi barrani. Dan hu unur li jien nghozzu hafna ghax jien kont, ghadni u nibqa’ nemmen li r-relazzjonijiet bejn Malta u c-Cina huma ta’ beneficcju ghal Malta.

| < Prev | Next > |
|---|






