Monday
May 21st
Text size
  • Increase font size
  • Default font size
  • Decrease font size

Ezercizzju ta’ propaganda mill-Malta Enterprise

E-mail Print PDF
Sharedhalia_management_jpg-1Gejja meta gejja l-elezzjoni generali, hadd ma jista’ jichad li l-Gvern digà mbarka fuq ezercizzju ta’ propaganda qawwija, liema ezercizzju normalment isir fuq l-ghatba t’elezzjoni generali.

Tiftah x’hin tiftah l-ahbarijiet tax-xandir tal-Istat, u anke Net News, hlief ftahir dwar progetti u inizjattivi li qed isiru mill-Gvern ma tismax. U dan zgur li mhux b’kumbinazzjoni!

Altru minn hekk, il-Gvern ghaddej b’din il-propaganda ghax jaf li t-tmiem huwa fil-qrib u ghalhekk wasal iz-zmien li jibda d-dandin quddiem il-kameras, qtugh ta’ zigarelli, kxif ta’ lapidi u raxx tal-bzar fl-ghajnejn.

Apparti t-toroq il-godda u l-progetti li qed isiru ftit zmien qabel l-elezzjoni, anke entitajiet governattivi qed jimbarkaw fuq ezercizzju ta’ propaganda.


Fosthom hemm il-Malta Enterprise li fil-jiem li gejjin mistennija torganizza attività li matulha se taghti rikonoxximent lill-investituri lokali u internazzjonali ghall-kontribut li qed jaghtu lill-ekonomija Maltija.


Bil-ghan li l-Gvern jintghogob mall-investituri, l-Malta Enter-prise harget bl-idea li torganizza ‘Investors’ Day’ li se ssir il-Gimgha, 3 ta’ Frar, fl-ufficini l-godda tal-Malta Enterprise fil-Pietà li swew kwazi erbgha miljun ewro, eskluz il-VAT.


Din l-hekk imsejjha ‘Invest-ors’ Day’ hija attività li qatt ma saret bhalha minn kemm ilha mwaqqfa l-Malta Enterprise, aktar minn tmin snin ilu.
Huwa fatt maghruf li taht it-tmexxija tac-chairman ezekuttiv Alan Camilleri, l-operat tal-Malta Enterprise f’dawn l-ahhar snin mar mill-hazin ghall-aghar, mhux biss f’dak li hu nfiq zejjed, izda kien registrat ukoll tnaqqis qawwi fl-investiment barrani kif anke jixhdu c-cifri ppubblikati mill-Ufficju Nazzjonali tal-Istatistika ghas-sena li ghaddiet.


Taht l-istess tmexxija ta’ Camilleri, fix-xhur li ghaddew, f’intervista ma’ gurnal lokali, tliet azjendi barranin li ghandhom il-kumpanniji taghhom f’pajjizna li huma Toly Products, Playmobil u Trelle-borg, ilmentaw li mhux qed isibu ghajnuna bizzejjed biex ikomplu jkabbru n-negozju taghhom f’Malta, l-aktar min-habba l-burokrazija zejda li tezisti, is-service charge qawwi li behsiebha timponi l-Malta Enterprise, u anke l-ispejjez esorbitanti li kienu mposti fuqhom minhabba l-kontijiet gholja tad-dawl u l-ilma.

Kummenti (0)Add Comment

Ikkummenta
quote
bold
italicize
underline
strike
url
image
quote
quote
smile
wink
laugh
grin
angry
sad
shocked
cool
tongue
kiss
cry
smaller | bigger

busy
 

It-Temp

Fair Sunny / Wind Mostly Sunny Sunny Sunny
17C 23C 24C 23C 23C
Mon Tue Wed Thu Fri

 

Karikatura

 

Faccata