ANDREW SPITERI ta’ 61 sena, li ilu ghal dawn l-ahhar hamsin sena jabita fir-residenza tieghu gewwa Hal Luqa tkellem ma’ RITIANNE AGIUS dwar l-inkonvenjent kbir li holqot ghalih u ghal familja tieghu stamperija li qed topera minghajr permess bieb ma’ bieb mieghu.L-istamperija ilha iktar minn tliet snin topera b’mod illegali fi Triq Hal Tarxien gewwa Hal Luqa. Din il-binja ghandha biss il-permess ghal ufficini, mahzen u garaxxijiet, madankollu qed tibqa’ tintuza bhala stamperija a-skapitu tal-girien.
Id-dar ta’ Andrew Spiteri tinsab appogg mal-binja minn fejn qeghdha topera l-istamperija, bil-konsegwenza li l-kmamar tas-sodda ta’ Spiteri jigu hajt ma’ hajt ma’ fejn jinsab il-makkinarju tal-istamperija.
Dan qed jirrizulta fi storbju persistenti maul il-lejl li jaghmilha difficli ghal Spiteri u l-familja tieghu biex jistriehu.
Spiteri jirrakkonta meta darba fost l-ohrajn bintu qamet tibki bil-lejl minhabba li ma felhitx tissaporti izjed il-hsejjes, u hawnhekk il-frustrazzjoni tieghu wasslitu biex jitlef ir-raguni.
F’mument ta’ rabja Spiteri jghid li hareg barra u kkawza hsarat fuq tlieta mill-karozzi tal-kumpannija. Ta’ dan Spiteri patta qares, ghaliex fi Frar li ghadda wehel sentenza ta’ sena u nofs habs sospizi ghal erba’ snin, kif ukoll €3,000 biex jigu koperti l-hsarat tal-vetturi.
Il-MEPA taghraf li fil-fatt din il-kumpannija qed topera l-istamperija taghha gewwa Triq Hal Tarxien minghar permess, tant li fl-2010 harget Avviz ta’ Infurzar biex twaqqaf lill-kumpannija milli tkompli topera l-istamperija.
Dwar dan il-kumpannija appellat ftit jiem iktar tard mid-data stipulata, u ghalhekk l-appell taghha ma giex ikkunsidrat. Madanakollu l-istamperija kompliet topera.
Korrispondenza li ghandha f’idejha din il-gazzetta tixhed li Spiteri ilu zmien twil li gibed l-attenzjoni tal-awtoritajiet dwar din l-illegalità, u li dan l-ahhar kien informa bil-kaz tieghu sahansitra lill-Prim Ministru nnifsu. Kelliem ghall-Prim Ministru wiegeb li l-kaz kien qed jigi segwit, filwaqt li forna lil Spiteri b’kopja tal-Avviz ta’ Infurzar li l-MEPA kienet harget fil-konfront tal-kumpannija.
Iktar minn hekk, fil-bidu ta’ Frar li ghadda Spiteri kien prezenti u tkellem waqt il-programm Affari Taghna fuq ONE, fejn fl-istess programm kien hemm ukoll il-Ministru Mario Demarco u c-Chairman tal-MEPA Austin Walker. Waqt il-programm Spiteri ghadda d-dokumenti relevanti f’idejn Demarco, li min-naha tieghu stqarr li Spiteri kellu ragun.
Madankollu, minkejja li tkellem mal-awtoritajiet kollha kompetenti u ha kull azzjoni necessarja, sal-lum il-gurnata Spiteri ghadu qed ikun kostrett jissapporti l-istorbju esagerat matul l-iljieli kkawzati mill-istamperija ta’ biswitu, li qed tippersisti li topera b’mod illegali.
Set as favorite
Bookmark
Email This
Kummenti (0)

Ikkummenta
| < Prev | Next > |
|---|






