Hija tassew hasra li l-ftit parks naturali li ghandna f’pajjizna ftit li xejn niehdu hsiebhom kif suppost u mhux l-ewwel darba naraw xeni ta’ telqa u abbandun li jgibulek hasra kbira.Wara li ftit tal-gimghat ilu, l-gazzetta KullHadd irrapurtat anke permezz ta’ bosta ritratti dwar is-sitwazzjoni hazina li jinsabu fiha diversi widien fir-Rabat, jirrizulta lic-Chadwick Lakes, li wkoll thalla fi stat dilapitat, issa jinsab imkerrah b’munzelli kbar ta’ terrapien li ntefghu minn persuna jew persuni mhux maghrufa fid-dahla tac-Chadwick Lakes, min-naha tat-triq li taghti ghall-Mosta.
Kif jixhdu anke ritratti li hadna fuq il-post, jidher lit-terrapien kif ukoll l-iskart tat-thammil li ntrema f’dan il-post, x’aktarx ingieb minn xi sit ta’ kostruzzjoni.
Quddiem xeni bhal dawn, wiehed ma jistax ma jistaqsix x’tip ta’ protezzjoni u moniteragg qed isir mill-awtoritajiet koncernati fuq il-wirt naturali ta’ pajjizna.
Jidher li dan il-moniteragg ftit li xejn qieghed isir, minkejja li fl-2005, il-Gvern kien holoq il-green wardens li l-ghan taghhom kien li jaghmlu rondi f’siti naturali sabiex jipproteguhom minn atti vandali jew tfiegh ta’ skart.
Originarjament, kien intqal li l-Gvern kellu jimpjega mall-40 green warden biex jaghmlu dan it-tip ta’ xoghol, izda mill-ewwel kien hemm indikazzjoni li din l-idea kienet ser tfalli.
Tant hu hekk, li ftit xhur wara li suppost gew impjegati dawn l-40 green warden, irrizulta li l-mira ma ntlahqitx tant li sa Awwissu 2006, kienu mpjegati biss 10 green wardens biex jissorveljaw s-siti naturali f’pajjizna.
Din l-gazzetta baghtet sett ta’ domandi lill-Ministeru tal-Affarijiet Rurali u l-Ambjent, mhux biss dwar il-kaz tar-rimi ta’ terrapien fid-dahla ta’ Chadwick Lakes, izda anke rigward il-green wardens u jekk dawn ghadhomx jezistu wara kollox.
Izda sakemm morna ghall-istampar, konna ghadna ma rcevejna l-ebda tip ta’ twegiba minghand il-Ministeru tal-Affarijiet Rurali u l-Ambjent dwar dan kollu.
Set as favorite
Bookmark
Email This
Kummenti (0)

Ikkummenta
| < Prev | Next > |
|---|






