L-eks-Segretarju Generali tal-PN, Joe Saliba jghid li bihsiebu jiehu azzjoni legali kontra l-mezzi tax-xandir tal-Partit Laburista, nkluz il-gazzetta KullHadd b’rabta mal-allegazzjoni li ghamel dwaru Jeffrey Pullicino Orlando nhar is-Sibt tal-gimgha l-ohra, u liema allegazzjoni hu cahadha.Mistqosi minn din il-gazzetta, dwar jekk hux bihsiebu jiehu azzjoni kontra Jeffrey Pullicino Orlando, Joe Saliba qal biss li se jfittex lill-gazzetta KullHadd u lil One News.
Mistoqsi fuq liema bazi kien se jaghmel dan, huwa wiegeb biss “dak narawh fil-Qorti”. Mistoqsi x’ser jaghmel fil-konfront ta’ Jeffrey Pullicino Orlando, Saliba baqa’ ma kkummentax.
Sadanittant, din il-gazzetta hadet ukoll il-kummenti ta’ Jeffrey Pullicino Orlando li qal li se jibqa’ jzomm ma’ dak li qal u sostna li min ihoss li huwa qed jigdeb, huwa hieles li jiehu azzjoni legali fil-konfront tieghu.
Kien nhar is-Sibt tal-gimgha li ghaddiet li ghadda li d-deputat Nazzjonalista Jeffrey Pullicino Orlando fuq il-Facebook, qal li bihsiebu jappoggja l-mozzjoni privata ta’ Franco Debono dwar il-finanzjament tal-Partiti ghax jemmen li din il-ligi hija importanti hafna ghal pajjizna.
Qal ukoll li hu kien ghamel kampanja kontra l-bini ta’ fabbrika tas-siment li kienet qed tigi proposta minn Charles Polidano c-Caqnu fejn kien sahansitra gabar petizzjoni ta’ 10,000 firma kontra din il-fabbrika.
Zied jghid li f’dak iz-zmien Joe Saliba, li kien Segretarju Generali tal-Partit Nazzjonalista, kien opponieh fuq din il-kwistjoni u allega li Saliba kien uza l-makkinarju kollu tal-PN biex jimbotta l-approvazzjoni ta’ din il-fabbrika.
Pullicino Orlando qal ukoll li wara l-ahhar elezzjoni generali, Joe Saliba, kien gie mpjegat minn Charles Polidano bhala ‘konsulent’ u kien ihallsu eluf ta’ ewro kull xahar ghas-servizzi tieghu.

| < Prev | Next > |
|---|






