Monday
May 21st
Text size
  • Increase font size
  • Default font size
  • Decrease font size

“L-izvilupp kien approvat bi ksur sfaccat tar-regolamenti” – Roderick Galdes

E-mail Print PDF
Shareqorti_7F’sitwazzjoni mill-iktar redikola, l-estensjoni tal-Qorti li ghadha kif inbniet spiccat giet ikkritikata minn bosta, hekk kif il-binja gholja tmien sulari u mibnija b’materjal modern mhux biss qed twegga’ l-ghajn, imma sahansitra tmur kontra l-ligijiet tal-ippjanar ghall-belt Valletta.

Kienu hafna li staqsew kif il-MEPA taghat permess ghal din il-binja, meta f’kazijiet simili tali proposti lanqas biss jigu kkunsidrati.

Wara li l-Ministeru tal-Gustizzja ilu ghaxar snin iwebbes rasu u jippersisti bil-pjanijiet ghal din il-binja, issa qed jghid li qed ifittex soluzzjonijiet biex jitnaqqas l-impatt vizwali negattiv.

Bir-ragun li din l-istqarrija mill-Ministeru giet irredikolata minn hafna, u dan ghaliex huwa difficli, jekk mhux impossibbli, li tinstab soluzzjoni biex titghatta din il-mostrozità ta’ binja.

Uhud ikkummentaw li l-uniku soluzzjoni hija li l-binja titwaqqa’, filwaqt li b’ton sarkastiku ohrajn issuggerew li tinzebah ikhal kulur is-sema, kompluta b’xi naqra shab ghal effett camouflage.

Roderick Galdes il-kelliem Laburista ghall-Ippjanar, li huwa wkoll membru fil-Bord tal-MEPA, sahaq li dan huwa l-aghar ezempju ta’ ppjanar li l-Gvern seta’ jaghti. Galdes sostna li l-ghoti ta’ dan il-permess jikkuntrasta mal-mod li l-MEPA timxi bih mac-cittadini f’kaz ta’ zvilupp li jkun ta’ inqas importanza.

Galdes qal li dan l-izvilupp kien ilu rrakkomandat ghal rifjut sa mill-2001, u sahansitra kienet saret applikazzjoni ohra li wkoll kienet irrifjutata.

Izda fl-2007 saret l-ahhar applikazzjoni li mbaghad giet approvata ricentement, u dan minkejja l-oggezzjoni tal-Heritage Unit ghall-fatt li l-izvilupp in kwistjoni kien jaqbez l-gholi tal-bini permess fil-belt Valletta, u kien se johloq impatt f’zona li l-iskyline taghha huwa skedat u protett.

“M’hemmx dubbju li minhabba li dan huwa progett tal-Gvern dan l-izvilupp kien approvat bi ksur sfaccat tal-policies ezistenti ghall-Belt Valletta”, sahaq il-Kelliem Laburista.

“Iktar minn hekk intuzaw materjali li jistonaw mal-kumplament tal-bini storiku fil-Belt, u sahansitra l-hitan appoggi nbnew bil-bricks li thalla mikxuf u jidher minn diversi zoni tal-Belt. Jista’ jaghti l-kaz li anki l-izvilupp ikompli jnaqqas mill-importanza u l-valur tal-Belt bhala World Heritage Site”, sostna Galdes.

“Din mhux l-ewwel darba li zviluppi ta’ dan it-tip kienu approvati fil-Belt fejn ma tawx kas ghall-importanza ta l-iskyline, izda iktar minn hekk peress li dan huwa progett tal-Gvern suppost li nghata iktar ezempju ta’ ppjanar li jhares l-aspett ta’ konservazzjoni urbana”, temm jghid il-kelliem Laburista.

Kummenti (0)Add Comment

Ikkummenta
quote
bold
italicize
underline
strike
url
image
quote
quote
smile
wink
laugh
grin
angry
sad
shocked
cool
tongue
kiss
cry
smaller | bigger

busy
 

It-Temp

Fair Sunny / Wind Mostly Sunny Sunny Sunny
17C 23C 24C 23C 23C
Mon Tue Wed Thu Fri

 

Karikatura

 

Faccata