Monday
May 21st
Text size
  • Increase font size
  • Default font size
  • Decrease font size

Tinfaqa’ l-buzzieqa tal-White Rocks

E-mail Print PDF
Share

4466433645_b759953e0a_oSkont Clyde Puli, l-Gvern ghadu ma wasal imkien kemm fil-kaz tal-progett tal-White Rocks u anki fil-kaz tal-Marsa Sports Village

Wara xhur shah ta’ skiet perfett, il-Gvern ammetta li ghadu ma wasal imkien dwar il-progett tal-White Rocks f’Bahar ic-Caghaq. Is-Sibt filghodu, s-Segretarju Parlamentari, Clyde Puli qal li ghad mhux maghruf meta se jintlahaq ftehim finali dwar dan il-progett, u wisq aktar meta se jinbeda u meta se jispicca.

Anke dwar il-progett tal-Marsa Sports Village, kollox jindika li dan se jkun progett iehor li jibqa’ biss fuq il-karti hekk kif Clyde Puli tenna li ghadu ma wasal imkien u li fil-jiem li gejjin, mistennija tinfetah sejha gdida ghall-applikazzjonijiet minhabba li l-ebda investitur ma kien applikka ghall-ewwel abbozz li kien ippropona l-Gvern dwar dan il-progett.

Dan kollu, jikkuntrasta bil-kbir mal-mod pompuz li bih il-Gvern kien habbar iz-zewg progetti fix-xhur li ghaddew.

 

Fil-bidu ta’ Gunju tal-2010, waqt konferenza tal-ahbarijiet f’Kastilja, li prezenti ghaliha kien hemm rapprezentanti minn diversi ghaqdiet sportivi, il-Prim Ministru kien habbar progett kbir li kellu jsir fis-sit tal-White Rocks u li kellu johloq 800 impjieg gdid u kellu jkun wiehed mill-aqwa kumplessi sportivi fil-Mediterran.

 

Waqt l-istess konferenza tal-ahbarijiet, Clyde Puli kien iddeskriva dan il-progett bhala “l-ewwel kullegg tal-isport f’Malta”, fejn fih kellhom jibdew jigu mghallma mal-40 dixxiplina sportiva differenti.

Il-progett kellu jkun iffinanzjat mill-bidu sal-ahhar minn investituri barranin u l-Gvern kien qal li ghalih, ma kienx ser jinhareg centezmu wiehed mit-taxxi tal-poplu Malti u Ghawdxi.

Kien qal ukoll li l-mira tieghu kienet li sa tmiem l-2010, kellu jkun iffirmat ftehim konklussiv ma’ dawn l-investituri barranin, u l-progett kellu jitlesta fi zmien hames snin.

Izda llum tmintax -il xahar wara, mhux talli l-progett ma avvanzax, talli ghadu lanqas biss beda u s’issa ghad m’hemm l-ebda hjiel meta ser jintlahaq ftehim konklussiv biex jibda x-xoghol fuqu.

Kien fi Frar tal-1995, li l-Gvern Nazzjonalista ta’ dak iz-zmien kien habbar li kien se jistieden investituri Maltin u barranin biex jizviluppaw progett turistiku fil-White Rocks fl-inhawi ta’ Bahar ic-Caghaq. Dan kellu jinkludi lukanda ta’ erba’ stillel b’investiment minimu ta’ €13.9 miljun.

Kummenti (0)Add Comment

Ikkummenta
quote
bold
italicize
underline
strike
url
image
quote
quote
smile
wink
laugh
grin
angry
sad
shocked
cool
tongue
kiss
cry
smaller | bigger

busy
 

It-Temp

Fair Sunny / Wind Mostly Sunny Sunny Sunny
17C 23C 24C 23C 23C
Mon Tue Wed Thu Fri

 

Karikatura

 

Faccata