Monday
May 21st
Text size
  • Increase font size
  • Default font size
  • Decrease font size

GonziPN rebah il-hin imma qed jitlef il-pajjiz – Joseph Muscat

E-mail Print PDF
Share

screen_shot_2012-01-28_at_18.38.53L-unika haga li rebah Lawrence Gonzi nhar il-Hamis huwa l-hin. Izda dan il-hin qed jintilef mill-pajjiz ghaliex kull jum li jghaddi u pajjizna jibqa’ fl-incertezza, qed imorru dejjem ghall-aghar il-familji u n-negozji.

 

Dan iddikjarah il-Mexxej tal-Partit Laburista Joseph Muscat waqt il-programm Dissett fuq l-istazzjoni nazzjonali l-bierah filghaxija.

Joseph Muscat sahaq li l-Prim Ministru Lawrence Gonzi jaf li l-Gvern tieghu tilef il-maggoranza, anke jekk qed jipprova jikkonvinci li dan mhux minnu biex jibqa’ iggranfat mal-poter. Dan johrog mill-fatt li fil-vot ta’ nhar il-Hamis GonziPN gab biss l-appogg ta’ 34 deputat, meta fil-Parlament ghandu 35 deputat fuq in-naha tieghu.

Il-Mexxej Laburista qal li Lawrence Gonzi jista’ jilghab kemm irid bil-legalizmi u jghid li legalment ghandu ragun, izda fil-fond ta’ qalbu jaf li politikament u moralment tilef il-maggoranza u ma rnexxielux itemm l-incertezza li holoq hu stess bl-istil ta’ tmexxija tieghu.

Qal li bl-istess kejl tal-Prim Ministru, il-vot tal-Hamis la kien car, u lanqas duratur ghaliex zgur li hadd ma jista’ jghid li l-Gvern ta’ GonziPN jista’ jaghmel sal-ahhar tal-legislatura.

Mistoqsi minn Reno Bugeja jekk huwiex lest ghal elezzjoni generali, Joseph Muscat iddikjara li l-Partit Laburista huwa dejjem ippreparat, u Gvern immexxi minnu se jkollu l-aqwa kabinett li qatt kellu dan il-pajjiz, biex jiftah era gdida.

Huwa sahaq li jekk nhar it-Tlieta johrog ir-writ ghall-elezzjoni tal-Kunsilli Lokali f’Marzu li gej, se nkunu f’sitwazzjoni assurda, li pajjizna se jonfoq miljun u nofs Ewro ghal elezzjoni tal-kunsilli, f’nofs din l-instabbiltà.

Ghall-mistoqsija dwar il-fatt li l-elezzjoni tal-kunsilli lokali se tkun l-ikbar opinion poll, il-Mexxej Laburista nsista li pajjizna mhux opinion poll ghandu bzonn, izda soluzzjoni li ggib certezza u stabbiltà.

Meta rrefera ghax-xoljiment tal-Kunsill Lokali f’Tas-Sliema, qal li skont il-Gvern dan ix-xoljiment sar ghaliex il-kunsilliera ma setghux jahdmu flimkien. Joseph Muscat sahaq li llum ghandna Gvern li ma jistax jahdem, izda l-Prim Ministru jrid jibqa’ ggranfat mal-poter.

Zied jghid li x-xoljiment ta’ dan il-Kunsill huwa parti minn loghba politika, biex fl-elezzjoni ta’ Marzu li gej il-mizien ixaqleb lejn il-Partit Nazzjonalista.

Kummenti (0)Add Comment

Ikkummenta
quote
bold
italicize
underline
strike
url
image
quote
quote
smile
wink
laugh
grin
angry
sad
shocked
cool
tongue
kiss
cry
smaller | bigger

busy
 

It-Temp

Fair Sunny / Wind Mostly Sunny Sunny Sunny
17C 23C 24C 23C 23C
Mon Tue Wed Thu Fri

 

Karikatura

 

Faccata