F’numru ta’ djar tal-anzjani tal-Gvern qed jibqa’ jippersisti t-tahwid u x-xehha mal-haddiema u r-residenti. Fl-ahhar xhur dawn id-djar komplew inaqqsu l-ammont ta’ haddiema f’numru ta’ cirkostanzi, bil-konsegwenza li naqset ukoll il-kwalità tas-servizz li qieghed jigi offrut lir-residenti.
Minn informazzjoni li ghandha din il-gazzetta jirrizulta li d-Dar tal-Anzjani tal-Imtarfa hija kkaratterizzata minn kultura fejn tal-klikka jhalltu u jaqsmu bejniethom a skapitu tal-haddiema l-ohra.
Minkejja li d-Dar tal-Imtarfa hija mmexxija mill-Gvern, hafna haddiema huma tal-kuntrattur. Allegatament uhud minn dawn il-haddiema qed jabbuzaw mill-hinijiet tax-xoghol taghhom, hekk kif ma jippancjawx il-hinijiet bhal ma jaghmlu l-haddiema tal-Gvern fl-istess dar, u minflok jiktbu l-hinijiet tax-xoghol fuq karta li tinzamm ghandhom.
F’kaz partikolari, persuna li tilbes l-uniformi ta’ careworker u tithallas ghax-xoghol ta’ careworker, minflok giet inkarigata biex tiehu hsieb il-menus fil-kcina.
Din tibqa’ fil-kcina anki meta ma jkunx hemm bizzejjed haddiema biex ilahhqu mal-anzjani, u jkollhom jiddahhlu careworkers minn barra.
Is-sitwazzjoni tkompli tiggrava hekk kif allegatament din il-persuna, minbarra l-paga ta’ careworker, qed tircievi r-‘relief’ mid-Dipartiment tas-Servizzi Socjali.
Haddiema f’din id-dar qalulna li l-kcina tinzamm fi stat verament mahmug, tant li l-art tibda twahhal meta timxi minn fuqha. Minkejja dan, isir sforz biex fuq barra jkun jidher li qed tinzamm l-indafa.
L-ikel li jingieb minghand kuntrattur ukoll ikun hazin hafna, fejn dan gieli jithalla nofsu nej u lanqas ikun jittiekel. Il-haddiema tal-kcina wkoll huma mpjegati taht kuntrattur, li kumbinazzjoni huwa relatat ma’ persuni li jamministraw din id-dar.
Fid-dar taz-Zejtun, li hija mibnija mill-Gvern u mmexxija minn kuntrattur, wiehed isib sitwazzjoni simili, fejn sa ftit snin ilu din id-dar kellha l-kokijiet residenti taghha li kienu jippreparaw ikel frisk kuljum, filwaqt li issa qed jingieb l-ikel lest minghand l-istess kuntrattur tal-ikel.
Residenti fid-Dar tal-Anzjani taz-Zejtun ilmentaw li dan l-ahhar qed jinghataw ukoll inqas prodotti igjenici (toiletries) milli kienu jinghataw qabel, fejn uhud qed ikollhom jixtru l-prodotti huma ghax ma jservuhomx.
Ghal matul il-lejl tnehha wkoll is-servizz tal-ufficjal tas-sigurtà, filwaqt li n-numru ta’ careworkers nizel ghal tlieta biss. Dan qed johloq inkonvenjent kbir kemm ghall-careworkers u kif ukoll ghar-residenti, hekk kif minhabba n-nuqqas ta’ rizorsi umani l-anzjani li jkollhom bzonn l-ghajnuna matul il-lejl gieli jdumu hafna jistennew sakemm din l-ghajnuna tasal.

| < Prev | Next > |
|---|






