Monday
May 21st
Text size
  • Increase font size
  • Default font size
  • Decrease font size

Birzebbuga tithalla barra minn studju li sar dwar il-livell tal-hsejjes

E-mail Print PDF
Share

freeport_viewIl-lokalità ta’ Birzebbuga, li hija milquta minn tniggis ta’ storbju li gej mill-Port Hieles, thalliet barra minn studju li sar dwar il-hsejjes u li l-Gvern Malti baghat lill-Kummissjoni Ewro-pea. Dan intqal ilbierah filghodu waqt konferenza stampa f’Birzebbuga.

 

L-ewroparlamentari Laburista Edward Scicluna, li kien qieghed jindirizza din il-konferenza, qal li din id-decizjoni tal-Gvern hija xhieda li r-residenti ta’ Birzebbuga qed ikunu ttrattati bhala cittadini tat-tielet dinja.

Ir-residenti ta’ Birzebbuga mistennija jitilfu l-opportunità li jinghataw kumpens ghall-istorbju kontinwu li johrog mill-Port Hieles, li jinsab ftit metri 'l boghod minn blokok ta’ residenzi.

Izda f’mappa li nghatat mill-Gvern Malti lill-Kummissjoni Ewropea, Birzebbuga, li hija wahda mill-aktar lokalitajiet f’pajjizna milquta mit-tniggis ikkawzat mill-hsejjes, giet eskluza ghal kollox. Kienet l-ghaqda Birzebbugia Environ-mental Action li hadmet biex jibdew isiru dawn l-istudji.

Ir-realtà li kuljum ihabbtu wicchom maghha r-residenti ta’ Birzebbuga jinkludu tisbit ta’ containers, alarms ma jaqtghu xejn u hsejjes minn ingenji.

Fl-ahhar xhur, l-ewroparlamentari Laburista Edward Scicluna wassal numru kbir ta’ lmenti mir-residenti quddiem il-Kummissjoni Ewropea.

Min-naha taghhom, ir-residenti esprimew it-tama li l-Gvern jerga’ lura mid-decizjoni tieghu u jinkludi lil Birzebbuga bhala wahda miz-zoni f’pajjizna milquta minn dan it-tniggis.

Kummenti (0)Add Comment

Ikkummenta
quote
bold
italicize
underline
strike
url
image
quote
quote
smile
wink
laugh
grin
angry
sad
shocked
cool
tongue
kiss
cry
smaller | bigger

busy
 

It-Temp

Fair Sunny / Wind Mostly Sunny Sunny Sunny
17C 23C 24C 23C 23C
Mon Tue Wed Thu Fri

 

Karikatura

 

Faccata