Saturday, 04 February 2012 16:58
Kullhadd
ShareLil hinn mill-propaganda rhisa tal-Gvern, il-mod kif titmexxa l-ekonomija ta' pajjizna jrid jghaddi mit-test ta' diversi agenziji u istituzzjonijiet internazzjonali, li jzommu taht ghajnejhom is-sitwazzjoni ekonomika ta' pajjizna u jaghmlu rakkomandazzjonijiet u jaghtu ratings li jistghu jitqiesu bhala pariri lil investituri potenzjali biex dawn ikunu jistghu jikkalkulaw sew ir-riskju ghall-investimenti taghhom meta jigu biex jisilfu lil Gvern Malti jew meta jiddeciedu li jinvestu direttament f'pajjizna.
Mhuwiex facli li r-rapporti ta' dawn l-agenziji li jkunu miktuba b'mod tekniku jinftehmu facilment minn min mhuwiex tekniku. Il-gazzetta KullHadd talbet lill-konsulent finanzjarju ALFRED MIFSUD u lill-ekonomista JOE VELLA BONNICI biex jispjegaw fi kliem kemm jista' jkun semplici l-implikazzjonijiet tar-rapport dwar l-istat tal-ekonomija u tal-finanzi pubblici ta' pajjizna li nhareg recentement mill-International Monetary Fund (l-IMF) u d-decizjoni tal-agenzija Standard & Poor's li tbaxxi l-credit rating ta' pajjizna flimkien ma' dawk ta' diversi pajjizi fiz-Zona Ewro.

ALFRED MIFSUD
“Ir-ratings mill-agenziji internazzjonali bhal Standard & Poor’s, Moody’s u Fitch iservu biex investituri internazzjonali ikollhom speci ta’ termometru li jkejjel kemm huwa affiddabbli l-pajjiz, jew kumpannija, li tkun qed tigi rated.
Hemm 10 gradi ta’ ratings li huma investment grade li jibdew mill-oghla wiehed ta’ AAA u jispiccaw sa l-anqas wiehed BBB minus. Ftit ilu r-rating ta’ Malta gie mnaqqas minn A ghal A minus jigifieri tnizzel mis-sitta ghas-seba’ grad izda xorta baqa’ fl-invest grade category u jonqos tlett gradi ohra biex johrog mill-investment grade category u jigi fin-non investment grade category bhal ma gara fil-kaz tal-Ungerija.
Fin-non investment grade hemm sitt gradi ohra minn BB plus sa B minus. Aktar ‘l isfel hemm sitt gradi ohra minn CCC plus sa D ta’ Bonds li hemm esposti ghal riskju kbir ta’ falliment tal-pajjiz jew kumpannija li tkun harget il-Bond.
Meta pajjiz jigi downgraded fir-rating jitlef mill-attrazzjoni f’ghajnejn investituri barranin u specjalment jekk il-pajjiz ikollu bzonn ta’ finanzjament barrani jista’ jigri li dan il-finanzjament jew ma jsibux jew jekk isibu jkollu jhallas rati oghla, bhal ma per ezempju qed ikollha taghmel l-Italja.
Ovvjament pajjizna ma jistax ikun kuntent li gie downgraded izda ma nahsibx li b’hekk saret xi tragedja. Il-fatt li downgrading gie f’pakkett ta’ hafna pajjizi ohha fiz-Zona Ewro li bicciet minnhom gew downgraded zewg gradi, inaqqas il-gravita’ tad-downgrading ta’ Malta f’ghajnejn investituri barranin. Apparti minn hekk grazzi ghall-kultura qawwija ta’ tfaddil li hawn f’pajjizna, l-Gvern u kumpanniji Maltin fil-bicca l-kbira dejjem sabu l-finanzjamenti mehtiega lokalment bla ma kellhom jiddependu fuq banek jew investituri barranin. Dan ghalhekk jinsulana sew mill-inkwiet internazzjonali li jsofru pajjizi bhal Grecja, Spanja, Italja, Portugall u l-Irlanda li hafna mill-bonds taghhom qeghdin f’idejn investituri u banek barranin.
Mhux biss Malta dejjem kellha livell ta’ tfaddil mis-settur privat qawwi bizzejjed biex ma tigi bzonn hadd, izda investituri Maltin ghandhom ‘home bias’ qawwi hafna u ghalhekk jippreferu jisilfu b’rati baxxi lill-Gvern u kumpanniji Maltin milli jfittxu interessi oghla minn bonds ta’ Gvernijiet jew kumpannjiji barranin avolja dawn ikollhom rating komparabbli jew ahjar ma’ dawk tal-Gvern jew kumpanniji Maltin, li hafna minnhom lanqas huma rated.”

JOE VELLA BONNNICI
“Ir-rapport tal-IMF jikkonferma hafna minn dak li kien qalulna l-Kummissjoni Ewropeja u l-agenziji bhal Moody’s. L-ekonomija Maltija ghandha quddiemha numru ta’ sfidi kbar minhabba fatturi esterni kif ukoll interni. L-ikbar sfida hi kif il-gvern se jghin biex tikber l-ekonomija waqt li jnaqqas d-deficit fil-bagit tieghu.
L-ekonomija Maltija hi dipendenti hafna fuq dik Ewropeja, u l-iktar taz-zona ewro, li m’humiex mistennija jikbru matul l-2012. Ghalhekk ftit hemm cans li l-esportazzjoni u servizzi bhat-turizmu jixprunaw it-tkabbir ekonomiku ta’ pajjizna. Lanqas ma jidher li l-ekonomija Maltija tista’ tikber bis-sahha ta’attiviatjiet interni . Dan l-iktar ghax il-konsumatur Malti tilef hafna mill-fiducja li kellu u l-industrija tal-propjeta` hi stagnata. Ghalhekk l-IMF jikkalkula li r-rata ta’ tkabbir ekonomiku ta’ pajjizna se tkun biss ta’1% (kontra 2.3% imbassar mill-gvern).
L-IMF hi wkoll inkwetata bil-kompetittivita` ta’ pajjizna. Fost il-mizuri li ssemmi hemm li johorgu jahdmu iktar nisa, jinholqu intraprizi li ghandhom valur iktar gholi, jitjiebu l-hiliet tal-haddiema u jinstabu sorsi godda ta’ energija.
Dwar il-finanzi tal-gvern l-IMF qed tghid li d-deficit fl-2011 se jkun ta’ 3% (kontra l-2.8% li qal il-gvern). Dwar il-bagit 2012, l-IMF innotat li l-gvern intalab mill-UE biex jiehu mizuri ohra halli jintlahqu l-miri, imma uriet it-thassib taghha li l-gvern mhux jikkontrolla n-nefqa tieghu u ghadu jiddipendi wisq fuq ‘one-offs’ u dhul mit-taxxi.
L-IMF uriet ukoll it-thassib taghha fuq is-settur finanzjaju barrani li jopera minn pajjizna u li issa hu tmien darbiet ikbar mill-ekonomija taghna. Ghal darb’ohra l-IMF twissi wkoll li s-settur bankarju Malti ghadu wisq dipendenti fuq is-suq tal-propjeta`, u li jista’ jkun hemm numru ikbar ta’ loans li ma jkunux jistghu jithallsu lura.
Fl-ahharnett l-IMF esprimiet li tinstab imhassba li quddiem dawn l-isfidi l-gvern Malti ma ghandux pjan ta’ kontingenza f’kaz li l-ekonomija Maltija taqa’ iktar lura.”