Monday
May 21st
Text size
  • Increase font size
  • Default font size
  • Decrease font size

Invenzjoni Maltija li qed taghmel isem barra minn xtutna

E-mail Print PDF
Share
7._assorted_kg_mouthpieces_together_with_kg_official_packaging_copyright__neville_delmar._all_rights_reservedDennis Camilleri u Gilbert Spiteri huma zewg muzicisti zghazagh li mhux biss ghandhom talent muzikali kbir izda hargu b’invenzjoni li qed taghmel success kbir mhux biss f’pajjizna izda anke lil hinn minn xtutna.KRISTA CARUANA ltaqghet maz-zewg muzicisti u tkellmet maghhom dwar din l-invenzjoni li holqu flimkien.

Min huma Dennis u Gilbert?

Lil Dennis u Gilbert ftit li xejn kont nafhom qabel iltqajt maghhom ftit tal-jiem ilu. Mill-ewwel qaluli li riedu jkellmuni dwar xi haga innovattiva, izda nammetti li ftit li xejn ghadditli minn mohhi li riedu jkellmuni dwar invenzjoni li holqu huma stess.

Dennis Camilleri maghruf bhala Kurun beda jdoqq il-baritone fl-età ta’ hdax -il sena u fl-1994 iggradwa ghall-ewwel darba fil-muzika mill-‘London College of Music’. Kompla jistudja l-muzika u ggradwa ghal diversi drabi fil-muzika. Fis-sena 2000 dahal mal-Orkestra Filarmonika Nazzjonali u b’hekk il-karriera muzikali tieghu saret ukoll il-professjoni tieghu fuq bazi full-time.

Min-naha l-ohra, Gilbert Spiteri beda jdoqq it-trumbun meta kellu 12 -il sena fejn ghal bosta snin kompla kabbar it-talenti tieghu permezz ta’ hafna studju. Fl-2009, Spiteri ggradwa mill-Università ta’ Malta fl-inginerija u specjalizza fil-qasam tad-‘design engineering’. Gilbert ukoll idoqq mall-Orkestra Filarmonika Nazzjon-ali fuq bazi part-time.

L-invenzjoni ta’ Gilbert u Dennis

Kelli kurzità kbira biex inkun naf f’hiex tikkonsisti l-invenzjoni li holqu flimkien.  Qaluli li l-invenzjoni taghhom hija marbuta mat-talent muzikali taghhom li huwa komuni, hekk kif it-tnejn li huma jdoqqu strumenti tan-nifs.

Bhala muzicisti, qaluli li kienu ilhom snin shah jesperimentaw biex isibu l-ahjar mezzi biex permezz taghhom johrog l-aqwa hoss mill-istrumenti li jdoqqu.
Dennis b’mod partikolari, li issa ilu hamsa u ghoxrin sena jdoqq, qalli li kien ta’ spiss jipprova bukkini (mouthpieces) godda, bit-tama lir-rizultat finali jqarreb aktar lejn il-perfezzjoni, izda qatt ma hareg sodisfatt mija fil-mija. Minhabba f’hekk dejjem baqa’ interessat li jirricerka kif ikun l-aqwa bukkin.
Meta staqsejtu x’differenza jaghmel bukkin f’dik li hija kwalità ta’ hoss li johrog mill-istrument, Dennis qalli li l-bukkin huwa bicca inginerija li jiddetermina mhux biss il-kwalità tal-hoss li johrog mill-istrument, izda jiddetermina fatturi ohra fosthom l-istabbiltà u l-intonazzjoni.

Zied jghidli li wara snin kbar t’esperjenza u ricerka dwar il-mouthpieces, iltaqa’ ma’ Gilbert li apparti li huwa muzicist bhalu, huwa wkoll inginier tajjeb hafna. Flimkien kienu jaqsmu l-istess esperjenza muzikali u ghalhekk hargu bl-idea li joholqu mouthpiece huma stess, li jkun ibbazat fuq ir-ricerka.
Bi sforz kongunt, tliet snin ilu z-zewg muzicisti holqu forma ta’ bukkini godda, li ghall-bidu kienu juzawhom huma biss, sakemm aktar tard hargu bl-idea li jibdew jipproducuhom bil-kwantità u ghal skop kummercjali. Il-bukkini huma ddisinjati minnhom stess u qed jigu prodotti f’Malta stess.

Success lokali u anke  internazzjonali

Il-bukkini ta’ Dennis u Gilbert li huma maghmulin mir-ram, digà qed jiksbu popolarità kbira f’pajjizna, tant li hafna muzicisti lokali digà qed juzawhom u kollox jindika      li qed ikollhom rizultati perfetti.

Dennis qal li apparti li huma popolari f’pajjizna, digà kellhom talbiet minn barra minn Malta fejn huwa mahsub li fi zmien qasir dawn il-bukkini se jibdew jigu esportati madwar id-dinja kollha hekk kif huma maghmulin b’reqqa kbira u joffru hoss eccellenti.

Matul dan ix-xahar, l-invenzjoni ta’ Dennis u Gilbert se titniedha anke fuq l-internet permezz tas-sit taghhom u f’Lulju li gej, din l-invenzjoni se tkun qed titniedha b’mod ufficjali, fis-suq Franciz.

Iz-zewg muzicisti qalu li jinsabu kuntenti hafna bl-invenzjoni li holqu ghax qed tinzel tajjeb hafna mhux biss f’Malta izda anke f’pajjizi barranin, tant li numru ta’ hwienet tal-muzika f’pajjizi differenti fosthom f’Singapore, il-Germanja u l-Olanda digà wrew interess li jibdew ibieghu minnhom.
Kummenti (0)Add Comment

Ikkummenta
quote
bold
italicize
underline
strike
url
image
quote
quote
smile
wink
laugh
grin
angry
sad
shocked
cool
tongue
kiss
cry
smaller | bigger

busy
 

It-Temp

Fair Sunny / Wind Mostly Sunny Sunny Sunny
17C 23C 24C 23C 23C
Mon Tue Wed Thu Fri

 

Karikatura

 

Faccata