Kif kienet habbret din il-gazzetta ftit tal-gimghat ilu, minn ghada, mall-kamra tal-ahbarijiet tax-xandir tal-istat, mistenni jinghaqad ir-reporter nazzjonalist David Bonello, li ghal dawn l-ahhar snin kien jaghmel parti mill-kamra tal-ahbarijiet ta' Net TV.
Bonello li huwa wkoll kunsillier f'isem il-Partit Nazzjonalista fil-lokal tan-Naxxar se jkun qed jinghaqad ma' diversi reporters u mpjegati ohra tal-PBS li gejjin mill-Partit Nazzjonalista.
B'hekk, biz-zieda ta' David Bonello fil-PBS, issa fil-kamra tal-ahbarijiet tax-xandir nazzjonali se jkun hemm xejn anqas minn hames gurnalisti li kienu mpjegati mall-PN.
Permezz ta' din il-mossa, il-PN se jkompli jsahhah il-vuci tieghu fuq ix-xandir tal-istat, li suppost huwa newtrali u bilancjat ghax huwa mhallas mit-taxxi ta' kull wiehed u wahda minna.
Il-Gvern ilu zmien twil li rikeb fuq il-karru tal-PBS biex ikun agevolat il-PN tant li l-oghla karigi tal-istazzjon, imtlew minn persuni nazzjonalisti tal-qalba fosthom Anton Attard, ekx-kap tal-programmi ta' Net TV u l-eks gurnalist tat-Times, Natalino Fenech li minn dejjem kellu simpatija kbira lejn il-Partit Nazzjonalista.
Dan apparti li nies bhal Peppi Azzopardi, Lou Bondi u Pierre Portelli komplew jinghataw is-sahha u permezz tal-programmi taghhom qed iservu ta' forcina ghall-PN.
David Bonello m'huwiex l-uniku eks-reporter ta' Net News li gie mpjegat ma' Xandir Malta dan l-ahhar. Ftit tal-gimghat ilu, fil-kamra ta-ahbarijiet tal-PBS, gie mpjegat ukoll Ian Gatt li wkoll kien reporter mall-kamra tal-ahbarijiet tal-PN.

| < Prev | Next > |
|---|






