Monday
May 21st
Text size
  • Increase font size
  • Default font size
  • Decrease font size

Iz-Zija Sunta

E-mail Print PDF
Share

img-1_copyMinn Wenzu Mintoff

F’gheluq il-hamsin sena mill-elezzjoni generali ta’ Frar l-Iswed, hsibijieti ma jmorrux l-aktar fuq il-grajjiet politici u l-protagonisti ta’ dik l-epoka. Dawn tiehu hsiebhom sew l-istorja li ghad trid tinkiteb b’mod spassjonat u zgur li se taghmel gustizzja maghhom fit-tajjeb u l-hazin.

F’mument bhal dan, hsibijieti jmorru l-aktar fuq dawk kollha li qatt ma ssemmew fl-ebda ktieb jew gazzetta, li garrbu d-dulur ta’ dawk il-grajjiet ta’ qsim il-qalb fis-silenzju ta’ bejnhom u bejn ruhhom.

Kienu hafna dak iz-zmien in-nies tar-ruh li ghalihom kien ghaziz mhux ftit it-twemmin, kemm il-fidi religjuza taghhom u anki l-kredu politiku taghhom.

Il-‘fatwa’ tal-Interdett ta’ Mon-sinjur Gonzi gabet fuq dawn in-nies tar-ruh torment li ma bhalu, terturi u tertiq ta’ qalb kbir.

Dawn in-nies tar-ruh iddahhlu intortament f’konflitt bejn dak li kienet tghidilhom il-kuxjenza taghhom li kienet tkellimhom il-hin kollu, l-imhabba taghhom ghat-taghlim ta’ Gesù Kristu u d-dittatura tal-hsieb li pprova jimponi fuqhom bil-biza’ tad-dnub il-mejjet u tan-nirien tal-infern min kellu l-mitra fuq rasu u l-baklu f’idu f’din l-art.

Min jaf kemm bkew fis-silenzju u kemm ghamlu ljieli ma ghalqux ghajn m’ghajn eluf ta’ irgiel u nisa tar-ruh, li ddahhlu f’konflitt ibaqbaq fi hdanhom bejn dak li kienet tghidilhom ir-raguni u l-kuxjenza taghhom u d-dittatura tal-hsieb li pprova jimponi l-Arcisqof Gonzi bil-piena tad-dannazzjoni eterna, bil-kontra ghal kollox tal-ispirtu Kon-ciljari meta proprju kien fl-aqwa tieghu proprju f’dak iz-zmien meta l-Knisja Universali kienet immexxija mill-Papiet Gwanni XXIII u Pawlu VI.

Iz-zija Sunta kienet fost l-hafna nies tar-ruh ta’ dak iz-zmien li batew mhux ftit fis-silenzju u fl-anonimità. Lil ziti Sunta dejjem rajtha minn wara gradilja doppja tal-hadid mastizz li bil-kemm kien jippermettilha tixref subghajha minn got-toqob tal-gradilja biex ta’ tfal li konna naghfsulha jdejha biex   nuruha kemm konna nhobbuha.

Insomma, konna nkunu qiesna familjari ta’ xi prigunier go habs ta’ sigurtà massima ta’ zmien il-Medju Evu. Imma l-akbar ‘delitt’ li kienet ghamlet ziti Sunta kien li tat hajjitha biex titgharras lil Kristu, ‘issentenzjat’ lilha nnifisha ghal ghomorha f’kunvent tal-klawsura biex tiddedika ruhha ghat-talbu u ghall-kontemplazzjoni.

Imma f’ghajnejn certi nies ta’ din id-dinja, Suor Bernardette kienet wetqet ‘delitt fahxi’ iehor – li kienet kunjomha Mintoff u li kellha l-istess omm u missier tal-“qattiel tal-erwieh”.

Li ssofri flimkien ma’ ohrajn li jahsbuha bhalek, gja hija sofferenza kbira, imma ghall-inqas ma thossx l-ugigh wahdek. Li ssofri wahdek maqfulha bejn il-hitan u l-hadid ma min ma jahsibix bhalek u li jibda jara fik oht ‘ix-xitan inkarnat’, is-sofferenza u t-tbatija zgur kienu bla limitu.

Frattant xorta wahda baqghet fidila lejn il-voti perpetwi li kienet ghamlet bhala soru tal-klawsura tal-kunvent ta’ Sant’Ursola l-Belt,  sakemm mardet u mietet madwar xahrejn qabel ma ntlehqet “il-paci” bejn il-Kurja u l-Partit Laburista fl-4 ta’ April 1969.

Ziti Sunta nibqa’ niftakar it-tbissima serena fuq haddejha, bil-kemm tidher minn bejn il-gradilji, il-mudell ta’ knisja ddedikata lil San Gwann li kienet ghamlitli kollha rakkmu u xoghol tal-id u c-coff tal-precett il-gmiel tieghu li ghadu ghandi sallum mat-tifkiriet prezzjuzi li nibqa’ nghozz ghal dejjem.

Aktar kmieni din il-gimgha Patri Martin Borg mill-Kunvent ta’ Santa Tereza, Bormla baghat jghidli li kien rani fuq il-You Tube fil-programm Biografiji nirrakkonta ma’ ohrajn kif kien laqatni l-Perit Mintoff f’hajti, u fejn kont semmejt ukoll liz-zija Sunta.

Patri Martin qalli li kien ghadu qatt ma sema’ lil xi hadd isemmi pubblikament lil “din is-soru twajba li ghexet hajja mohbija fil-klawsura” u ghalhekk ried jibghatli artiklu li kien kiteb dwarha ghall-programm tal-festa tal-Kuncizzjoni ta’ Bormla.

Ma nisthix nghid illi malli qrajt l-artiklu ta’ Fr. Martin, ghal xi raguni li ma nafx nispjega id-dmugh ma setax jieqaf minn ghajnejja. Forsi ghax it-tbatija tieghi u ta’ hadd-iehor f’din id-dinja, ma kienet xejn hdejn taghha.

Kummenti (1)Add Comment
ARTIKLU KOMMOVENTI
Minn Charles Flores, February 19, 2012
L-artiklu ta' Dr Wenzu Mintoff qanqalli gismi xewk xewk. Stampa mill-imghoddi li m'hu se jinsieha qatt, izda mwassla fi kliem meqjus u pozittiv. Hafna minna li konna tfal fi zmien il-glieda politiko-religjuza niftakru waqtiet kiefra minn dik l-epoka mudlama li baqghu gerha sal-lum. Nannti ta' Bormla, ghadha gejja mill-qrar, tibki ghax ma tridx tmur tivvota u b'uliedha kollha, fosthom missieri, jinsistu maghha biex tmur sakemm haduha (x'ghamlet f'dik il-kmajra ovvjament hadd ma jaf). Il-grajja taz-Zija Sunta hija ferm aktar kiefra, ghalkemm gie li smajna minn ghejjun ohra rakkonti dwar atti nfelici li twettqu maghha internament. Bir-ragun kollu, Dr Mintoff ghazel li jibqa' ma' dak li ra hu b'ghajnejh. Hafna minna li konna xi ftit akbar minnu, tlifna kull fiducja fil-Knisja u fir-Religjon, Tista' tlumna?
report abuse
vote down
vote up
Votes: +4

Ikkummenta
quote
bold
italicize
underline
strike
url
image
quote
quote
smile
wink
laugh
grin
angry
sad
shocked
cool
tongue
kiss
cry
smaller | bigger

busy
 

It-Temp

Fair Sunny / Wind Mostly Sunny Sunny Sunny
17C 23C 24C 23C 23C
Mon Tue Wed Thu Fri

 

Karikatura

 

Faccata