Monday
May 21st
Text size
  • Increase font size
  • Default font size
  • Decrease font size

“Ghandna bzonn suldati tal-azzar biex indahhlu aktar libertajiet civili” - Joseph Muscat

E-mail Print PDF
Share

dsc_5968 Biex ma nkunux biss qed nghixu fin-nostalgija ta’ 50 sena ilu, fix-xhur u s-snin li gej pajjizna se jkollu bzonn is-suldati tal-azzar biex jiggieldu favur il-libertajiet civili tal-IVF, unjoni civili ghall-koppji tal-istess sess, kontra c-censura u favur tibdil kostituzzjonali.

 

Sostna dan il-Mexxej tal-Partit Lab-urista Dr Joseph Muscat waqt attività fl-Isla li fakkret il-hamsin sena mill-elezzjoni tad-dnub il-mejjet.

Dr Muscat sahaq li se jerga’ jkollna mumenti ta’ prova fejn irridu nkunu lesti bhala moviment, li jiftah il-bibien lil dawk kollha li jemmnu fil-libertajiet civili. Li nkunu lesti li nisfidaw ix-xekel tal-konservatizmu. Biex naraw li ssir gustizzja ma’ dawk il-koppji li ma jistax ikollhom tfal, izda li l-bniedem u x-xjenza zviluppat ghalihom mezzi ta’ kif ikollhom tfal.

Biex illum il-moviment ma jkunx biss qed jghix fin-nostalgija ta’ 50 sena ilu, ghandu bzonn is-suldati tal-azzar li jghidu iva ghal-ligi tal-IVF sabiex jaghtu cans lil dawn il-koppji.

Sahaq li ghandna bzonn kuragg biex nisfidaw lil min ma jridniex nitkellmu dwar drittijiet ta’ koppji tal-istess sess, ghax nemmnu fl-ugwaljanza.

Ghandna bzonn suldati tal-azzar li jemmnu, jahdmu u jwettqu biex f’pajjizna ndahhlu d-dritt ta’ unjoni civili ghal koppji tal-istess sess.

L-istess kif ghandu bzonn suldati tal-azzar biex kull mara u ragel jithallew fil-libertà li jkunu c-censuri taghhom infushom, fejn tidhol l-arti.

Kuragg ukoll biex inwettqu bidliet fil-Kostituzzjoni halli din tkun tirrifletti l-aspirazzjonijiet ta’ nazzjon zghir, zaghzugh, izda ambizzjuz li jrid ikompli jfassal il-gejjieni tieghu ghal rasu fil-familja Ewropea.

Il-Mexxej Laburista sahaq li qed jitfakkar dan iz-zmien mhux b’nostalgija, imma bi dmir. Huwa ddeskriva dan iz-zmien bhala pass deciziv fil-process biex Malta ssir parti mill-Ewropa. Mhux l-Ewropa ta’ fuq il-karti imma l-Ewropa tal-hsieb.

L-avveniment qed jitfakkar mhux biex nifthu l-feriti imma biex nghinu sabiex dawn il-feriti jinghalqu.

Dr Muscat sellem lill-Arcisqof Emer-itu Guzeppi Mercieca li kellu l-kuragg, ir-rieda u l-hila li jirrikonoxxi l-izball u jitlob mahfra. Qal li dan ghen biex jibdew jinghalqu l-feriti.

Il-Mexxej Laburista qal li, li titlob mahfra mhijiex sinjal ta’ dghufija imma sinjal li lest terfa’ r-responsabbiltà. Ghalhekk ma jiddejjaq xejn jghid li kien hemm zmien fit-92 sena tal-Partit Laburista, fejn zbalja. “Ta’ dan tlabna mahfra”, sahaq Dr Muscat. “Haddiehor, li kellu rwol kbir meta 50 sena ilu kellu sehem biex tkissru l-libertajiet, ghadu jghid li m’hemmx ta’ xiex jitlob mahfra”.

Dr Muscat zied jghid li jittama li jasal iz-zmien fejn kull min ha sehem jirrikonoxxi l-izbalji li ghamel.

Qieghdin hawn bhala moviment li jrid jirriafferma li jrid djalogu mal-Knisja u li l-Istat u l-Knisja jirrikonoxxu lil xulxin, izda jkunu differenti u separati.

Li jkunu hbieb li lesti jimxu l-istess triq flimkien, imma ma jkunux l-istess, ghax hekk jixirqilha s-socjetà taghna.

Illum ghandna c-certifikat li dan il-partit wettaq l-iskop tieghu meta kien il-moviment tal-libertajiet civili. Meta sar id-dar tal-liberali kollha Maltin u Ghawdxin. Meta kien favur u tqabad f’dezert wahdu favur il-libertà tal-kelma, il-libertà tal-istampa, il-libertà tal-assocjazzjoni, u l-libertà tal-kuxjenza. Li l-ebda gvern, l-ebda awtorità, jew individwu m’ghandu dritt jindahal lil haddiehor dwar x’jemmen, x’jahseb u dwar kif jimxi.

Illum il-gurnata, sahaq Dr Muscat, kulhadd jirrikonoxxi li hamsin sena ilu kellna ragun, u konna fuq in-naha t-tajba tal-istorja.

Filwaqt li sellem lil kull hadem u se jkompli jahdem favur il-libertajiet civili ta’ pajjizna, temm jghid: “Perswaz li b’dawn l-isfidi ta’ libertajiet civili, mhux se jkun hemm bzonn 50 sena ohra biex ninghataw ir-ragun”.

Waqt din l-attività, ghamlu l-interventi taghhom diversi mistednin.

L-eks Deputat Laburista, t-Tabib Vincent Moran iddeskriva l-elezzjoni ta’ hamsin sena ilu bhala l-ikbar sfregju tad-demokrazija f’pajjizna. Sostna li jinsab kburi li dak iz-zmien kien wiehed mis-suldati tal-azzar li zammew mal-principji taghhom u taw sehemhom biex pajjizna llum seta’ jasal fejn wasal.

Indirizza l-attivita wkoll it-tifel ta’ Guzè Ellul Mercer, li kien indifen fil-mizbla minhabba t-twemmin tieghu. Martin Ellul sostna li f’dawk iz-zminijiet kienet inzerghet iz-zerriegha ta’ mibgheda li fissret ugigh ghal hafna nies, liema ugigh baqa’ jinhass hafna snin wara.

Martin Ellul ghalaq bil-kliem ta’ Guzè Ellul Mercer li kull min twieled bniedem ghandu jghix ta’ bniedem, kemm jekk twieled bin il-ghana, sew jekk twieled bin il-faqar.

Min-naha tieghu, Fr Mark Montebello sahaq li llum qed ingeddu l-istess hegga, holma, tama u rieda li Mintoff u hafna ohrajn kellhom diversi snin ilu, dik ta’ gustizzja socjali. Li ma jkun hawn qatt aktar min jghaffeg fuq haddiehor, min jaghmilha impossibbli ghal haddiehor biex jghix b’mod dicenti u min jiddetta kif wiehed ghandu jghix, kif jghix, jew x’ghazliet jaghmel.

Sahaq li whud mill-istess forzi li rrezistew il-bidla hamsin sena ilu, ghadhom maghna llum, filwaqt li sostna li ghandna nibqghu nahdmu biex tirbah dejjem il-gustizzja.

Kummenti (1)Add Comment
Diskorsi tal-hamsin anniversarju tad-dnub il-mejjet
Minn ivan bartolo, February 21, 2012
huwa possibli li jkun hawn koppji anke ghall-bejgh tad-diskorsi li saru f'din l-attivita' ta' Dr. Joseph Muscat u dak ta' Patri Mark Montebello. Diskorsi unici u maghmula b'reqqa liema bhala u huma minjiera ghal minn irid jahseb u jikber fl-istorja taghna l-maltin. Grazzi
report abuse
vote down
vote up
Votes: +0

Ikkummenta
quote
bold
italicize
underline
strike
url
image
quote
quote
smile
wink
laugh
grin
angry
sad
shocked
cool
tongue
kiss
cry
smaller | bigger

busy
 

It-Temp

Fair Sunny / Wind Mostly Sunny Sunny Sunny
17C 23C 24C 23C 23C
Mon Tue Wed Thu Fri

 

Karikatura

 

Faccata