Dan qalu d-deputat Mexxej Laburista Dr Anglu Farrugia waqt konferenza stampa flimkien mal-Kelliem Ewlieni ghall-Intern Michael Falzon is-Sibt wara nofsinhar. Dr Farrugia kien prezenti u ha sehem fid-diskussjoni dwar dan ir-rapport.
Dr Farrugia semma wkoll kif bhala pajjiz ghandna popolazzjoni qawwija hafna fil-habs meta mqabbla ma’ pajjizi ohra u l-occupancy rate hija ta’ 102.9% u dan meta ghandna facilità korrettiva wahda.
Huwa qal li jidher car anke minn dan ir-rapport li s-sistema gudizzjarja u tal-intern taghna mhijiex tiffunzjona.
F’din is-sitwazzjoni, qal Anglu Farrugia, johrog iktar l-importanza li l-Parlament Malti jiddiskuti l-mozzjoni li tressqet minn Dr Jose’ Herrera u Dr Michael Falzon. Fakkar kif GonziPN qed izommu lura minn din il-mozzjoni minkejja li kien hemm ftehim fil-Kumitat tax-Xoghol tal-Kamra li din tigi diskussa sal-ahhar ta’ Jannar.
Dr Falzon tkellem dwar is-sitwazzjoni tal-habs u qal li hemm fatturi inkwetanti u dan baqa’ jippersisti u ma sar xejn biex jitranga minkejja l-insistenza tal-Partit Laburista biex tittiehed azzjoni.
Qal li l-problema tad-droga saret wahda kbira u mxejna minn sitwazzjoni ta’ abbuz fid-droga ghal sitwazzjoni ta’ traffikar organizzat ta’ droga fil-habs.
Dr Falzon sostna li huwa nkwetanti wkoll l-aspett korrezzjonali fil-facilità korrettiva ta’ Kordin saret wahda tad-dahk u l-aspett korrezzjonali ma jezistix. Sostna li r-relapse rate kbira tal-prigunieri hija xi haga ta’ thassib ukoll.
B’hekk rega’ sostna Dr Falzon jezisti l-bzonn illi l-mozzjoni tal-Partit Laburista tigi diskussa fil-Parlament.

| < Prev | Next > |
|---|








Fi statistika ufficjali tal-20 ta' Settembru 2011 johrog car li mill 593 prigunieri li kien hemm fil-habs dak in-nhar 384 (64.7%) kienu ssentenzjati filwaqt li 209 (35.2%) kienu ghadhom jistennew li dan il-process jitlesta. Dan in-numru xorta wahda huwa wiehed kbir u ghandna problema ohra dik li dawn il-prigunieri (dawk mhux sentenzjati) huma mizmuma bl-istess kundizzjonijiet u kwazi l-istess regim tal-prigunieri l-ohra.