F’mistoqsija li ghamel l-Ewroparlamentari Laburista Louis Grech fil-Parlament Ewropew lill-Kummissarju John Dalli responsabbli mill-protezzjoni tal-konsumatur, irrizulta li 66% jsibu diffikulta’ biex jaqilbu l-kont bankarju taghhom b’success.
Dan hareg mill-istudju tas-Suq tal-Konsumatur ippubblikat fl-ahhar ta’ Frar 2012 u li zvela li izjed minn zewg terzi ta’ xerrejja anonimi (mystery shoppers) ma kinux kapaci jaqilbu l-kont bankarju taghhom b’success. Grech qal li l-konkluzjonijiet urew b’mod car li l-inizjattiva t’awtoregolazzjoni bbazata fuq il-principji komuni, kif stabbiliti mill-Kumitat tas-Settur Bankarju (EBIC) ma tax lill-konsumaturi c-carezza u c-certezza li konna ttamajna ghaliha.
Louis Grech qal ukoll li l-istudju tal-Kummissjoni: “Is-Suq Uniku mil-lenti tan-nies: Harsa Generika tal-20 thassib ewlieni tac-cittadini u n-negozji”, ippubblikat fl-2011 jindika li meta c-cittadini jsiefru, jesperjenzaw diffikultajiet meta jigu biex jifthu kont bankarju fil-pajjiz ospitanti gdid taghhom, peress li dan l-ezercizzju spiss huwa suggett ghall-kundizzjonijiet ta’ residenza u/jew impjieg.
John Dalli fit-twegiba tieghu qal li l-istudju jikkonkludi li l-inizjattiva ta' awtoregolazzjoni bbazata fuq Principji Komuni, kif stabbilita mill-Kumitat ghall-Industrija Bankarja Ewropea (European Banking Industry Committee - EBIC), ma rnexxilhiex issostni u tipprotegi lill-konsumaturi Ewropej meta jaqilbu kont bankarju minn bank ghall-iehor.
In-nuqqasijiet ewlenin identifikati mill-istudju li rrefera ghalih Louis Grech, huma n-nuqqas ta' konformità tal-banek bil-kodici t'awtoregolazzjoni, kif ukoll nuqqas t'informazzjoni, li nstabet li ma kinitx kompluta jew li kienet inkonsistenti, sa certu punt minhabba nuqqas ta' sensibilizzazzjoni fost l-istaff tal-banek.
Dalli qal ukoll li l-Kummissjoni attwalment qed tivvaluta kif wiehed jista' jeghleb bl-ahjar mod tali nuqqasijiet u qed tikkunsidra li tipproponi inizjattiva tal-Unjoni Ewropeja dwar il-kontijiet bankarji bil-ghan li ttejjeb il-protezzjoni tal-konsumaturi u l-integrazzjoni tas-Suq Uniku.

| < Prev | Next > |
|---|






