L-eccellenza tieghu, cioè l-eminenza griza par eccellenza, Rich-ard Cachia Caruana, dak li jahseb li jista’ jmexxi kollox hu u lil kulhadd minghajr ma qatt jikkontesta xi elezzjoni, fl-ahhar sab kappell jigih ghax kien hawn min waqaf ghall-arroganza, il-prepotenza u l-ksuhat tieghu.
Imma l-Eccellenza tieghu haseb li jista’ jkompli jghaddi passata zmien bil-Parlament u jtawwal il-proceduri biex il-Parlament idum biex jiddiskuti il-mozzjoni tal-Oppozizzjoni li titlob ghar-rizenja tieghu talli kkonfoffa minn wara dahar il-Parlament biex ma saritx diskussjoni fil-Parlament qabel ma Malta regghet issiehbet fil-programm tan-NATO, Partner-ship for Peace (PfP).
Ta’ GonziPN bis-soltu maniggi u ingann tipiku taghhom l-ewwel talbu biex Cachia Caruana jkun jista’ jidher quddiem il-Kumitat Permanenti tal-Affarijiet Barranin tal-Parlament halli dan ikun jista’ jispjega ruhu dwar is-sehem tieghu biex Malta terga’ tissieheb fil-PfP minghajr l-awtorizzazzjoni tal-Parlament kif titlob il-ligi tal-pajjiz.
Issa sirna nafu dil-gimgha li minflok jaghti x-xhieda tieghu Cachia Caruana quddiem dan il-Kumitat tal-Kamra ta’ Gonzi-PN issa jridu jressqu madwar 20 xhud fosthom lill-Prim Ministru tal-Lussemburgu Jean Claude Junker u lill-eks Segretarju Generali tan-NATO Javier Solana u l-eks ambaxxaturi tal-Amerika ghal Malta Gioa u Bordanaro, biex jaghtu palata lil Cachia Caruana.
Mhux ovvju li Junker, Gioia, Bordanaro u Solana kliem ta’ tifhir se jkollhom ghal Cachia Caruana, jekk dan mexxa ’il quddiem il-formula biex Malta terga’ tissieheb inkiss inkiss minn wara dahar il-Parlament fil-PfP?!
F’dil-bicca tax-xoghol Richard Cachia Caruana aktar serva l-interessi tal-Amerikani li kienu ilhom jisfurzaw biex Malta terga’ tissieheb fil-PfP milli l-interessi Maltin li kienu jitolbu li materja sensittiva bhal din tkun diskussa fil-Parlament qabel jittiehed dan il-pass deciziv iktar u iktar meta s-shubija mill-gdid fil-PfP ma kienetx fil-programm elettorali tal-PN tal-2008.
Jikber is-suspett li meta ta’ GonziPN qeghdin jinsistu li jaghtu x-xhieda taghhom prim ministri u eks-ambaxxaturi li zgur huma impenjati sew bix-xoghol taghhom u mhux la kemm isibu l-hin biex jigu hawnhekk ha jaghtu x-xhieda taghhom, li huwa biss tentattiv iehor biex din il-mozzjoni ma tkunx diskussa mill-parlament qabel tmiem din il-legislatura.
Hija prerogattiva tal-Parlament li jisma’ x’ghandu xi jghid Richard Cachia Caruana u dan m’ghandu ebda dritt jinsisti li jressaq xhieda favur tieghu jekk ikun evidenti kif fil-fatt hu, li dan hu biss tentattiv ta’ filibustering, ta’ dewmien bla bzonn biex il-Parlament ikun imfixkel milli jwettaq il-hidma tieghu.
Normalment il-filibustering hija tattika li jirrikorru ghaliha il-partiti fl-Oppozizzjoni. Il-fatt li qieghed jirrikorri ghall-filibustering GonziPN meta ghadu jinsab fil-Gvern, hija konferma tal-instabbiltà li ghadha tinhass fi hdan GonziPN specjalment fil-Parlament.
Irrikorrew ghall-filibustering ghat-tkaxkir tas-saqajn sakemm fl-ahhar kienet stabbilita data meta l-mozzjoni ta’ censura ta’ Cachia Caruana ha tkun diskussa fil-Parlament.
Imbaghad riedu jincampaw id-diskussjoni parlamentari billi jtellghu bizibilju xhieda minn madwar id-dinja biex ikomplu jtawwlu l-affarijiet kemm jista’ jkun. Imma tal-inqas l-Ispeaker Michael Frendo kellu d-dicenza fir-ruling tieghu li jghid li jittellghu kemm jittellghu xhieda, l-Parlament irid ikun ghalaq id-diskussjoni u vvota fuq il-mozzjoni tal-Oppozizzjoni sas-17 ta’ Gunju li gej.
Lil hinn mill-kwistjoni partikolari ta’ sehem RCC fl-affari tal-PfP, l-mozzjoni Laburista tpoggi fl-izbarra lil RCC minhabba l-atteggjament strafottenti tieghu lejn l-istituzzjonijiet demokratici tal-pajjiz. Cachia Caruana li m’hu elett minn hadd, jemmen li jista’ bl-immanuvrar tieghu minn wara l-kwinti, jigbed il-hbula u jkun hu li jiddeciedi l-iktar affarijiet importanti ghall-pajjiz.
L-influwenza esagerata li kellu kemm fuq Fenech Adami u issa anke fuq Lawrence Gonzi, holqot sa certu punt deficit demokratiku, ghaliex Cachia Caruana mhux biss jippretendi li jaghti l-pariri tieghu u jigi kkonsultat dwar il-politika tal-Gvern, imma tant ghandu idea kbira tieghu nnfisu li hafna drabi jippretendi li jista’ jiddetta hu l-istrategija tal-Gvern.
L-arja ta’ superjorità tieghu u l-arroganza tipika tieghu, hafna drabi wasslu biex il-komportament lejn l-istaff tieghu u lejn ufficjali gholja tal-Gvern, ma kien xejn ezemplari.
Cachia Caruana jibqa’ maghruf ukoll ghal mod kif bil-prepotenza tipika tieghu dahhal jew kienet se jdahhal lil pajjiz, f’infiq estravaganti jew decizjonijet zbaljati li swew hafna jew li jaghmlu hsara lill-pajjiz.
Ûewg ezempji ta dan huma l-estravaganza ta’ Dar Malta fi Brussell, b’Malta l-izghar stat membru tal-UE b’wahda mill-akbar ambaxxati u l-gennata tal-Annex li kien se jinbena fil-bitha ta’ San Gwann.
RCC huwa “ossessjonat bil-poter”, “mhuwiex team player” huwa “control freak” “li jtajjar min-nofs lil dawk li ma jirnexxilu jikkontrolla”, “bil-guh ghall-poter” u “egoist”. Dan huwa diskors ta’ kritika qawwija fil-konfront ta’ RCC, li ma sarx mill-Oppozizzjoni Laburista minn fejn wiehed jistennih b’mod kwazi ovvju, imma minn wiehed mid-deputati tal-Gvern Nazzjonalista.
La l-affarijiet waslu s’hawn, forsi ghalhekk wasal iz-zmien biex Cachia Caruana jibda jahseb ha jippakkja l-bagalji.

| < Prev | Next > |
|---|






