Tuesday
Jun 18th
Text size
  • Increase font size
  • Default font size
  • Decrease font size

Teatru tal-assurd

E-mail Print PDF
Share

Il-kredenzjali demokratici tal-Gvern Nazzjonalista qatt ma kienu fid-dubju daqskemm huma llum. Rajna ministru ta' GonziPN li ghandu mozzjoni ta' censura kontrih, li minghajr misthija ta' xejn, ghamel minn kollox bhala Kap tal-Kamra tar-Rapprezentanti, minkejja l-konflitt ta' interess evidenti li huwa ghandu, biex din il-mozzjoni ma tkunx diskussa kemm jista' jkun malajr fil-Parlament.

Rajna imbaghad tentattiv iehor min-naha ta' GonziPN li riedu jergghu jzommu fil-wicc bl-ghajnuna tal-Ispeaker, biex il-mozzjoni tal-Oppozizzjoni jekk issib l-appogg tal-maggoranza fil-Parlament ma jkollix il-konsegwenza logika li twassal ghar-rizenja tal-Ministru Karm Mifsud Bonnici.

Il-mozzjoni tal-Oppozizzjoni fl-ahhar parti taghha, tishaq illi ghandu jigi ccensurat l-agir tal-Ministru Mifsud Bonnici u titlob li tintrefa' r-responsabbiltà politika ghal numru ta' ragunijiet gravi u serji.

Permezz ta' emenda teknika li ma tbiddel xejn mis-sustanza tal-mozzjoni, l-Oppozizzjoni Laburista riedet tipprecisa li r-responsabbiltà politika ghal dak li sehh fil-qasam tal-intern u l-gustizzja matul din il-legizlatura, kellha tintrefa' billi jirrizenja Karm Mifsud Bonnici minn ministru.

Il-Ministru Tonio Borg biex minn ghalih jaghmel zgur li Mifsud Bonnici ma jinzammx kontabbli ta' ghemilu u ma jigix imgieghel jirrizenja minn ministru, hareg b'interpretazzjoni mill-aktar anti-demokratika tal-procedura parlamentari.

Skont Tonio Borg, biex titressaq emenda ghal mozzjoni li tkun digà giet ipprezentata, din tehtieg l-approvazzjoni tad-deputati kollha tal-Kamra. Jigifieri mqar deputat wiehed jista' jkun bizzejjed biex taqa' l-emenda u nsista ghal decizjoni tal-Ispeaker dwar dan.

Skont Tonio Borg huwa bizzejjed jekk Karm Mifsud Bonnici nnifsu, li tieghu qeghdha tintalab ir-rizenja, joggezzjona ghall-emenda biex din taqa'. Interpretazzjonijiet bhal dawn, li jaghmluha impossibbli ghall-maggoranza parlamentari li tesprimi ruhha u taqdi l-funzjonijiet taghha, jaghmlu mid-demokrazija parlamentari ta' pajjizna teatru tal-assurd.

Kull min xi ftit jew wisq ghandu l-pacenzja jsegwi l-proceduri parlamentari, jaf li kemm-il darba mozzjoni tinqaleb ta' taht fuq permezz ta' emendi li jsiru ghaliha permezz ta' maggoranza parlamentari semplici. Mhux l-ewwel darba mozzjonijiet tal-Oppozizzjoni permezz ta' emendi li jitressqu mill-Gvern permezz ta' maggoranza semplici, jispiccaw jghidu bil-kontra ta' dak li tkun qalet l-Oppozizzjoni originarjament.

L-oligarkija, il-kasta, il-klikka GonziPN, sejjhilha li trid, gabet id-demokrazija parlamentari ta' pajjizna bhal bicca tafla li huma jahsbu li jistghu jahdmu kif iridu. Biex minghalihom isalva wiehed minn tal-kasta, ha jibqa' ggranfat mas-siggu tieghu u ma jaghtix kont ta' ghemilu, in-Nazzjonalisti bla ebda skruplu ta' xejn, mhumiex jiddejqu li jipperikolaw id-demokrazija ta' pajjizna. Veru kaz ta' "missing the wood for the trees", bhalma jghidu l-Inglizi.

Lil hinn minn x'jista' jigri minn din il-mozzjoni tal-Oppozizzjoni jew mill-ohra dwar Richard Cachia Caruana, finalment huwa l-poplu li se jiggudika ma jdumx dwar dan l-agir irresponsabbli ta' GonziPN, tigi meta tigi l-elezzjoni.

Mis-sistema ta' checks and balances fejn il-Legislattiv jivigila u jikkontrolla fuq l-Ezekuttiv, li suppost huwa l-qofol tal-qafas kostituzzjonali ta' pajjizna, tul din il-legizlatura, in-Nazzjonalisti nstallaw dittatura virtwali fejn wara li tilfu l-maggoranza parlamentari ghal kemm -il darba, dawn jippretendu li l-Parlament huwa biss ornament, zvujtawh minn kull spirtu demokratiku tieghu, ilaqqghu meta jridu huma, jimponu l-agenda li jridu huma, ihallu l-Parlament jivvota meta jkunu komdi huma.

U meta l-maggoranza tigi biex tesprimi ruhha b'mod li ma jkunx idoqq ghal widnejn il-Gvern, jippretendu li deputat wiehed jista' jkun bizzejjed biex jimblokka t-triq ghall-maggoranza tad-deputati fil-Parlament.

L-intricci u l-interessi tal-klikka tant huma kbar, dak li ghandhom x'jitilfu tant huwa vast, li lesti li jarmu l-bahar anki l-iktar principji gheziez u sagrosanti tad-demokrazija biex jissalvagwardjaw l-interessi taghhom.

Tal-kasta GonziPN kemmxejn mhumiex qeghdin jahsbu li qeghdin jilaghbuha tal-intelligenti u tal-wise guys meta jirrikorru ghal dawn il-maniggi, barumbati u legalizmi biex jibqghu mkahhlin mas-siggu tal-poter. Fl-ahhar mill-ahhar huma dawn l-affarijiet dizgustanti li se jinfluwenzaw l-ghazla li jrid jaghmel il-votant li jixtarr, jgharbel u jahseb u mhux kemm il-Gvern ta' GonziPN jirnexxilu jiskappa jew jizgicca u jahrab mir-responsabbiltà politika permezz tal-maniggi tieghu u salvawomu li jista' jipprovdilu l-Ispeaker biex kemm kemm jibqa' fil-wicc.

Hadd m'huwa ‘l fuq mill-poplu, lanqas il-kasta ta' GonziPN.

 

Kummenti (0)Add Comment

Ikkummenta
quote
bold
italicize
underline
strike
url
image
quote
quote
smile
wink
laugh
grin
angry
sad
shocked
cool
tongue
kiss
cry
smaller | bigger

busy
 

It-Temp

Fair Sunny Sunny Sunny Mostly Sunny
23C 30C 29C 28C 28C
Tue Wed Thu Fri Sat

 

Karikatura

 

 

Faccata