Daniel ghad ghandu 22 sena, joqghod Birkirkara, u bhalissa wasal fl-ahhar sena tal-Università fejn qed jistudja l-edukazzjoni fizika u sports. Fl-istess waqt jahdem bhala Master Personal Trainer, u anke jimmaniggja l-fitness club tieghu stess. Hajtu prattikament imdawwra mas-sahha u dak kollu li jzommha b’sahhitha!!
Bhal kull zaghzugh iehor, Daniel ihobb johrog, jirrileksja mal-hbieb, isiefer u jghum fis-sajf. Jikkunsidra lilu nnifsu bhala bniedem ferriehi u li jhares lejn il-hajja b’mod pozittiv. “Nemmen li xejn ma jigri ta’ xejn. Nemmen hafna fija nnifsi, niehu xogholi bis-serjetà, ambizzjuz u nemmen li biex ix-xoghol isir sewwa, irid jittiehed b’responsabiltà”, beda jghidli dwaru Daniel.
Minn ta’ età ckejkna, Daniel kien digà beda juri nteress fl-isports. Fil-fatt stqarr mieghi li l-iskola qatt ma evita lezzjoni wahda tal-P.E. “Kont inkun herqan hafna ghal-lezzjoni; dejjem hadt sehem fl-isports day tal-iskola, kemm fil-Primarja u fis-Sekondarja, u dejjem gejt minn ta’ quddiem.
Bdejt il-karate minn età zghira. Bdejt niehu sehem f’din id-dixxiplina minhabba li ghal certu zmien kont nigi bbulijat minn tfal ikbar minni, u dan gheni biex inkabbar l-istima tieghi innifsi u nemmen aktar fil-hila tieghi”.
Daniel ikompli jitkellem mieghi billi jghidli li tfulitu kienet wahda b’sahhitha, specjalment fejn jidhol ikel fid-dar tal-familja tieghu. Minn dejjem kien konxju tal-importanza tas-sahha, minhabba li t-trobbija tieghu fid-dar kienet wahda tajba, minhabba li l-genituri tieghu rabbewh jiekol ikel genwin, bilancjat u moderat.
B’wiccu minn quddiem jghid li gie mrobbi f’ambjent minghajr tipjip u lanqas junk food. Nistaqsih kemm kienet facli, u jekk xi darba kielx burgers jew chips. Fil-pront Daniel jitbissem u jwegibni, “Iva gieli kilt, però dik kienet tkun special treat. Però tant il-junk food mhux fis-sistema tieghi, li lanqas biss ihajjarni”.
Kompla jghidli li ommu hija vegetarjana u dejjem insistiet mieghu fuq l-importanza li ghandu jiekol il-haxix u frott, u dejjem jafha tinkoraggih li l-vitamini essenzjali jinsabu f’kull kwalità ta’ frott u haxix, u li kienu bzonn u mhux ghazla.
Min-naha l-ohra missieru li huwa tabib, kien jinsisti mieghu li biex jikber b’sahhtu, dejjem kien iheggu jghum u johrog fl-arja friska. “Fil-fatt, niftakar li konna nibdew nghumu minn Mejju u nieqfu ghal habta tal-bidu t’Ottubru”, sostna Daniel.
Nerga’ naqleb id-diskors dwar il-hajja fizika, u kif hajjet Daniel hija prattikament imdawwra maghha. Jghidli li s-sahha u l-edukazzjoni fizika huma l-passjoni tieghu, u jtihom importanza kbira ghax jemmen li s-sahha tiddependi minn gisem u mohh b’sahhithom.
“Ghalkemm ghal xi whud din tidher bhala fissazzjoni, jien nemmen li s-sahha ma ntuhiex bizzejjed importanza u niehdu hsiebha biss meta xi haga tmur hazin u jkollna mmorru ghand it-tabib.
Hemm nibdew ninkwetaw u niehdu azzjoni. Ghalija, l-prevenzjoni hija ahjar mill-kura. Hija haga certa u ppruvata minn studji, li l-isports u l-edukazzjoni fizika jevitawlna hafna mard, kemm fit-tfulija, kif ukoll aktar ’il quddiem meta nikbru”, aggornani bl-ikbar passjoni fuq dan is-suggett Daniel.
Avvicinat minn magazin Ingliz
Minn informazzjoni li kont ksibt qabel ma tkellimt ma’ Daniel, sirt naf li dan l-ahhar gie avvicnat mill-‘Miami Pro’ Magazin li huwa magazin Ingliz dwar is-sahha fizika, sabiex ikun wiehed mill-konrtibuturi tieghu. Tlabtu jirrakkontali l-bidu ta’ din il-grajja.
“F’Gunju tas-sena l-ohra, tlajt l-Ing-ilterra u hadt sehem f’kompetizzjoni ghal cover model ta’ fitness magazine. Bdejt billi kont inzomm journal ta’ dak kollu li bdejt niekol u kif kont qed nittrenja minn tlett xhur qabel il-kompetizzjoni.
Wara l-kompetizzjoni, kont ftaht facebook page fejn bdejt nitfa’ ricetti u naghti pariri dwar ikliet bilancjati ghal min xtaq jibda jahdem fuq il-fizik. Wara ftit ijiem, kont ircivejt e-mail minghand id-direttur tal-‘Miami Pro’ fejn uriet ix-xewqa li nibda nikteb ghal magazin li kienet bi hsiebha tohrog ghall-bidu tas-sena 2012. Jien accettajt din l-istedina u ktibt l-ewwel artiklu li ghandu johrog f’April ta’ din is-sena”, irrakkontali kuntent u kburi Daniel.
Jemmen fi breakfast tajjeb
Ikompli jghidli li hu tip ta’ persuna li dejjem jipprattika dak li jipprietka mal-klijenti tieghu li jattendu l-fitness club tieghu. Xi haga li dejjem jinsisti fuqha huwa l-breakfast.
“Wara li persuna tkun ilha rieqda tmien sighat, huwa ta’ beneficcju li l-gisem ttih storage ta’ nutrienti fuq xiex jibda jahdem. Ezatt bhal karrozza, huwa impossibbli li ttellaq minghajr fuel. Gisimna jirrikjedi fuel tajjeb, bhal cereali, frott u kif ukoll prodotti tal-halib”, sostna Daniel.
B’wiccu minn quddiem Daniel huwa persuna li la jixrob alkohol, la jpejjep, la jiekol junk food u wisq aktar l-anqas jiehu xi tip ta’ sustanzi li jistghu jkabbruh artificjalment. Tant hu minnu li lest jistieden lil kull min irid jittestjah.
Daniel huma ezempju carissimu li bid-determinazzjoni, hila u hidma tieghu kiseb dak li f’ghajnejn haddiehor jista’ jidher wiehed qarrieqi. Tlabtu l-kummenti tieghu dwar dan.
“Il-qawl Malti jghid - ‘Min imaqdar, irid jixtri’. Ta’ spiss niltaqa’ ma’ nies li ma jemmnux li l-fizik tista’ tikber minghajr ghajnuna artificjali. Il-gisem tant hu mahluq u maghmul perfett u bi precizjoni, li bl-ahjar ezercizzju, ikel genwin u naturali, lifestyle pozittiva u determinazzjoni, l-bniedem huwa kapaci li jibni jew ikisser gismu kif irid.
L-ghazla tieghi kienet li napprezza, inkun kburi u niehu hsieb dak li tani Alla. Jien nemmen li dan il-gisem irid iservini ghal hajti kollha, u ghalhekk importanti li niehu hsiebu”.
Fil-prezent ma jistax jaghti mhabbtu ghal haddiehor
Bhalissa Daniel huwa persuna single. Ir-raguni hi li f’dan l-istadju, ma jistax jaghti hin bizzejjed lil persuna ohra, minhabba li bhalissa ghandu hafna fuqiex jiffoka. Hallejt f’idejh sabiex jelabora aktar. “Jien minix persuna ta’ wahdi, anzi nhobb hafna l-kumpannija tal-hbieb, specjalment ta’ xi hadd specjali. Naf cert li, meta hajti tkun issettiljata aktar, u jkolli inqas fuq xiex niffoka, dik il-persuna specjali ser ikollha post kbir f’hajti”.
Bdejt nipprova nimmagina lil Daniel minghajr stharrig fiziku. Fil-pront jghidli li l-anqas jimmaginah, u l-anqas jixtieq jahseb.
“Niftakar meta darba kelli injury u kelli nieqaf mit-training ghal xi gimghat, hassejtni bdejt ninbidel. Bdejt insir nervuz u irritabbli, u nahseb anke bdejt indejjaq lil ta’ madwari. Hassejt nuqqas u vojt kbir. Minghajr ezercizzju nhossni mhux komplut”.
Daniel jinfurmani li lura ghall-2008 kien beda jimmudella. Ha sehem ukoll fil-Mr World Malta, izda nduna li kien aktar mixhut fuq fitness modelling.
B’hekk iddecieda li jieqaf u beda jiehu sehem biss f’fashion shows jew xi reklami. “Bejn fitness modelling u fashion modelling hemm targa kbira. Ma tistax timmudella bi hwejjeg ta’ disinjaturi fuq gisem maghmul ghal physique competitions. Il-hwejjeg sakemm ma jkunux hwejjeg tal-isports, ma joqoghdux sbieh, u nemmen li mhux sewwa li naghmel ingustizzja lil hwienet tal-moda”.
Lejn l-ahhar tal-intervista qasam xewqa partikolari mieghi. Din ix-xewqa ilha gejja mill-ewwel darba li xtara magazin tal-fitness. “Minn dejjem kienet ix-xewqa tieghi li nidher fuq il-qoxra ta’ xi fitness magazine.
Ta’ tlettax-il sena ksibt magazin tal-fitness u flejtu mill-bidu sal-ahhar. Kont naqra hafna fuq l-ezercizzji u d-dixxiplina li jirrikjedi fitness model sabiex itejjeb u jzomm il-physique. Kont nammira hafna d-dedikazzjoni li kienu juru dawn il-mudelli, u dejjem xtaqt li nkun wiehed minnhom”, tbissem jghidli Daniel.
Fl-ahharnett Daniel ried iwassal messagg lill-qarrejja tal-KullHadd. “Ma jezisti hadd li ma jistax jikseb dak li jrid!
B’determinazzjoni, sagrificcju u motivazzjoni kulhadd huwa kapaci jikseb dak li jixtieq f’hajtu”, temm jghid Daniel b’tant determinazzjoni u kunfidenza minn dak li kien qed jghid.

| < Prev | Next > |
|---|






