Ma setax jonqos li ghall-ahbar li l-ekonomija Maltija dahlet f’ricessjoni, il-Ministru Tonio Fenech fittex xi skuza jew ohra bhalma jaghmel is-soltu, flok jaqra l-kitba fuq il-hajt.
Skont l-ahhar cifri ppubblikati mill-Ufficcju Nazzjonali tal-Istatistika (l-NS0), gie registrat tnaqqis ta’ 4.5% fl-infiq tal-familji, tnaqqis fil-valur mizjud fis-setturi tal-manifattura, tal-bejgh bl-ingrossa u bl-imnut, tat-turizmu u tal-kostruzzjoni u kompla jizdied id-deficit u dejn pubbliku.
Imma Tonio Fenech jibqa’ in denial u flok jara l-kitba fuq il-hajt, iwahhal fl-Enemalta ghax din ma regghetx gholliet il-kontijiet tal-elettriku u li incidentalment taqa’ taht ir-responsabbiltà ministerjali tieghu.
Tonio Fenech iwahhal ir-ricessjoni ukoll fil-fatt li fix-xhur li ghaddew l-ST naqset il-bejgh taghha, u huwa u jaghmel dan kiser il-ligi tal-kunfidenzjalità li jahdem biha l-NSO li tishaq li kull informazzjoni moghtija lil dan l-ufficcju tinzamm kunfidenzjali u tistax tigi zvelata.
Tonio Fenech baqa’ qatt ma rkupra l-kreddibbiltà li tilef minn wara l-affari tax-“xoghol bi pjacir” fid-dar tieghu bhala rikonoxximent ghas-servizzi ta’ senserija li ta lil ahwa Montebello dwar il-bejgh tal-lukanda Jerma. Fenech baqa’ m’ghamilx libell lil Charles Magro li kien hareg b’dawn l-allegazzjonijiet tax-“xoghol bi pjacir” fid-dar ta’ Tonio Fenech f’Hal Balzan.
Intant ta’ kull darba li johrog xi rapport internazzjonali dwar l-istat imcajjpar tal-ekonomija Maltija, Tonio Fenech dejjem jara kif jaghmel biex jara f’min jew fhiex se jwahhal, biex ikompli ghaddej bil-mitologija li l-ekonomija Maltija sejra tajjeb.
F’Jannar li ghadda wara li l-agenzija internazzjonali Standard and Poor kienet nizzlet il-credit-rating ta’ Malta, Tonio Fenech kien sostna li din id-decizjoni ma kinitx dwar l-istat attwali tal-ekonomija Maltija, imma minhabba l-krizi taz-Zona Ewro.
Fi Frar li ghadda b’reazzjoni ghad-decizjoni tal-agenzija Moodys li nizlet il-credit rating ta’ Malta, Tonio Fenech esprima d-dizappunt tieghu ghal din id-decizjoni ta’ Moody’s u kien qal li din ma kinitx gusta. Huwa qal li dawn l-agenziji kienu qeghdin ikunu kawti z-zejjed imma t-tessut ekonomiku ta’ kien differenti minn ta’ pajjizi ohra fir-regjun. “Ahna qeghdin imorru ferm ahjar minn pajjizi ohra fir-regjun u m’ghandniex nigu ttrattati b’mod diffenti minn dawn il-pajjizi”, kien qal Tonio Fenech.
Ix-xahar li ghadda, Tonio Fenech kien qal illi tbassir tal-Fond Monetarju Internazzjonali li matul din is-sena l-ekonomija Maltija kienet se tikber b’1%, kien kawt iz-zejjed u kien tenna li t-tbassir tal-Gvern ta’ tkabbir ta’ 2.5% kien aktar preciz. Issa l-NSO hareg bl-istatistika ufficjali li l-ekonomija mhux talli kibritx bi 2.5% jew b’1%, imma tali ckienet b’1%, u ckienet ghat-tieni kwart ta’ sena konsekuttiv.

| < Prev | Next > |
|---|







Lest nilghab imhatra li qabel l-elezzjoni l-istess NSO tohrog tghid kif l-affarijiet inbiedlu ghal ahjar.
Il-loghoba tas-soltu.