Id-deputat Laburista Joe Mizzi talab li ssir investigazzjoni dwar l-agir tac-‘Chief Human Resou-rces Officer’ tal-Enemalta, Anthony Bonello. Joe Mizzi tkellem fil-Parlament dwar dan l-ufficjal u qal li dan huwa l-persuna li qieghed jimmanuvra kollox fi hdan il-Korporazzjoni Enemalta.
Joe Mizzi qal li jidher bic-car li f’din il-Korporazzjoni jezistu diversi crieki u klikek, filwaqt li sahaq lir-raguni wara l-prezzijiet gholjin tad-dawl m’hijiex biss il-prezz taz-zejt, izda hemm ukoll l-inefficjenzi kbar fit-tmexxija ta’ din il-korporazzjoni.
Mizzi qal li l-agir ta’ Anthony Bonello ghandu jigi investigat ghax qed ikun imdahhal f’diversi decizjonijiet mhux biss dawk li ghandhom x’jaqsmu mar-rizorsi umani. Zied jghid li dan qieghed jigri biex ikun jista’ jaqdi lil nies differenti.
Joe Mizzi kompla jghid li lest igib provi cari li juru li Bonello mhux qed jimxi sew, hekk kif dan sahansitra qed jghid lill-manigers tal-Enemalta biex jiffirmaw l-“agreements” malajr kemm jista' jkun, ghax skont hu, jekk jitla’ Gvern Laburista jwaqqfilhom kollox.
Id-deputat Laburista kompla jghid li fl-Enemalta minflok min hu nkarigat jipprova jaghmel gustizzja meta jsiru l-ingustizzji, qed issir 'witch-hunt' biex jaraw min hareg l-informazzjoni.
Zied jghid li Bonello ghandu d-dover li jipprotegi lill-hadd-iema tal-Enemalta, li fil-magg-oranza assoluta taghhom jaghmlu xoghlhom kif suppost kontra l-ftit tal-klikka li qed jiehdu hafna flus u qed jitpoggew f'pozizzjonijiet li ftit li xejn jixirqilhom.
Joe Mizzi zied jghid li s-sur Bonello huwa responsabbli tal-hnizrijiet li qed isiru fl-Enemalta u ghandu jigi investigat ukoll ghall-agir tieghu ‘kontra l-konsumatur’.
L-agir ta’ Anthony Bonello fl-Enemalta ilu hafna jqajjem dubbji serji. Fost l-ohrajn, Bonello kien ta promozzjoni lil kuginuh li kien tpogga f’kariga fi grad 5 u kien tah ukoll permess biex imur ghax-xoghol tliet ijiem fil-gimgha biss u fl-istess waqt jibqa’ jithallas il-paga shiha.
Apparti minn hekk, f’dawn l-ahhar snin, Bonello allegatament ta ghadd ta’ promozzjonijiet lill-haddiema fl-ufficcju tieghu u dawk li kienu qrib tieghu, liema promozzjonijiet inghataw minn skala 14 ghal skali 7 u 5 fost l-ohrajn.
Uhud mill-promozzjonijiet li allegatament ta Bonello, minkejja li kienu jirrikjedu certu kwalifici, tahom lil nies li ma kinux kwalifikati bizzejjed u wara baghthom jiksbu l-kwalifika mehtiega.
Kaz iehor serju li kien involut fih Anthony Bonello kien dak fejn kien offra s-somma ta’ €23,000 mill-fondi tal-Enemalta lil shop steward tal-General Workers Union, biex jippermetti li jinghataw transfers lil certu persuni, izda dan ix-shop steward ghazel li jirrapporta kollox u ha wkoll affidavit.
Dwar dan l-agir abbuziv u skorrett, la l-Ministru Tonio Fenech li hu politikament responsabbli mill-Enemalta u l-anqas il-Prim Ministru Lawrence Gonzi qatt ma hadu azzjoni u minflok ghazlu li jaghlqu ghajnejhom.
Anthony Bonello ghandu salarju ta’ €41,900 fis-sena, u minn mistoqsija parlamentari li kienet saret f’Dicembru tal-2010 mid-Deputat Laburista Evarist Bartolo, kien sar maghruf li Bonello f’temp ta’ tliet snin kien nefaq €11,900 mill-‘credit card’ tal-Korporazzjoni Enemalta.
Apparti s-salarju li ghandu, Bonello jgawdi wkoll minn diversi perkacci ohra fosthom performance bonus kull sena li jvarja minn 12% ghal 15%.
Ftit tal-gimghat ilu, dwar l-agir ta’ Anthony Bonello, kien anke tkellem il-Mexxej Laburista Joseph Muscat li kien iddeplora l-fatt li Bonello qieghed allegatament jintimida lill-impjegati tal-Enemalta li ghandhom fehma Laburista.

Minn Josephine Borg
,
June 17, 2012 | < Prev | Next > |
|---|






