Ghal darba se jkolli naqbel mal-qawl Malti - ‘Kull deni hudu b'gid'. Dan ghaliex waqt li dan l-ahhar kont qed nistenna t-transport pubbliku lura mill-Belt ghad-dar, qbadt konversazzjoni ma' wiehed li bhali jkun qed jistenna u jittama li titfacca tal-linja. Kelma ggib l-ohra u fost ohrajn qalli li jhobb jikteb. Hekk kif qalli hekk, ftaht widnejja aktar u nteressajt ruhi, tant li sirt naf li jhobb jikteb il-lirika tal-muzika. Skoprejt li ghandu talent u li digà kellu esperjenzi sbieh warajh. B'hekk stedintu ghal intervista mieghi, fejn accetta minnufih.
Ftehmt mieghu li niltaqghu f'kafeterija l-Mosta, biex b'hekk stajt insir nafu aktar. Keith Zammit huwa awtur li ghandu tmienja u ghoxrin sena, joqghod il-Mosta, u bhala passatempi jhobb ifittex dwar il-muzika fuq l-internet. Keith jiddeskrivi lilu nnifsu bhala persuna kwiet u li jhobb jiccajta.
Isostni li l-muzika hija hajjtu, u jiddispjacih li ma jistax jahdem biha l-granet kollha, ghall-fatt li opportunitajiet ma tantx hawn f'Malta. Qalli wkoll li ma tantx japprezza muzika minn fuq CD jew radju, ghall-fatt li japprezzaha aktar meta tkun muzika live. Hallejt f'idejh sabiex jelabora aktar dwar dan il-punt.
"Il-muzika napprezzaha dejjem, live u mhux. Ir-raguni li napprezzaha aktar meta tkun live hi, li nhoss certu energija pozittiva li tigi trasmessa dak il-hin.
Meta kantant jew kantanta jaghtu performance live mill-qalb, bla ma rrid napprezza aktar. Barra minn hekk, meta tisma' kanzunetta rrekordjata, tkun taf ezatt x'ser tisma', mentri fil-live xejn mhu previst fl-interpretazzjoni u l-improvizzar tal-kanzunetta. Ikun hemm kazi fejn muzicist li jkun qed jakk-umpanja bl-istrument tieghu, tigih muza dak il-hin u jimprovizza. Dan hu s-sabih ta' live performance", spjegali Keith.
Beda jikteb il-lirika ghal ohtu
Oht Keith hija l-kantanta Isabelle Zammit. Keith jista' jghid li kien bis-sahha taghha li gietu l-hajra li jibda jikteb il-lirika. "Kienet ohti li mmotivatni biex naqbad din il-linja u ma jiddispjacinix. Jien u ohti hdimna flimkien fuq kanzunetti fejn, fost l-ohrajn, wasalna darbtejn fil-finali tal-Konkors Kanzunetta Indipendenza fl-2007 u fl-2009, bil-kanzunetti ‘Muza' u ‘L-Ghajnejn ta' Pittur' rispettivament, it-tnejn fuq kompozizzjoni ta' Philip Vella.
Barra minn hekk, ohti kienet wahda mill-backing vocalists li akkumpanjaw lil Glen Vella fil-Eurovision Song Contest 2011 li sar f'Dusseldorf, il-Germanja".
Keith kompla jirrakkuntali dwar l-ewwel jiem tal-avventura tieghu bil-lirika tal-muzika. "Kien prorpju l-lejl tal-Milied tas-sena 1999 meta bdejt nikteb il-lirika.
F'dak iz-zmien tas-sena, l-ispirtu tal-Milied ikun qed jirrenja u kien proprju ghalhekk li ktibt kanzunetta tal-Milied.
Kien jisimha ‘Grajja Qatt Minsija' u kienet tirrakkonta il-grajja tal-Milied kif grat, mit-twelid ta' Gesù sal-harba tal-familja mqaddsa lejn l-Egittu bil-hmar. Kienet esperjenza sabiha hafna".
Kien Augusto Cardinali li ghenu jibni struttura tajba ta' lirika. Fis-sena 2001 kienet instemghet l-ewwel kanzunetta minn tieghu fil-pubbliku, u fil-fatt minn dakinhar qatt ma hares lura, u baqa' dejjem jikteb aktar lirika.
"Wara li ktibt l-ewwel lirika tieghi, ma domtx nahsibha u bdejt nikteb lirika ohra. Din id-darba s-suggett li ghazilt kien l-importanza tal-istudju fit-tfulija u z-zghozija, biex il-futur ikun ahjar.
Din il-lirika, ghaddejtha lil kompozitur Augusto Cardinali biex jikkomponi l-muzika u kien hu li wrieni x'kelli naghmel biex fil-futur nikteb lirika bi struttura kif suppost, u ta' dan nirringrazzjah. Din il-kanzunetta ‘Futur Fuq Sisien Sodi' kienet l-ewwel kanzunetta li nstemghet fil-pubbliku.
Dan sehh f'Awwissu tas-sena 2001 u l-kanzunetta kienet intlaqghet tajjeb mill-pubbliku prezenti. Minn dakinhar ghamilt iktar kuragg u bqajt nikteb aktar lirika fuq suggetti varji".
Keith tkellem mieghi dwar holma li ghandu f'mohhu - li fil-qarib zmien jibda jikkollabora ma' xi kompozitur u kantanta barranin. Hallejt f'idejh sabiex jelabora aktar mieghi dwar din il-holma tieghu.
"Hija holma tieghi li nittama li tirnexxi. Ftit tax-xhur ilu ikkuntatjani kompozitur barrani u talabni biex nahdmu fuq xi progetti flimkien. Jien tlabtu jibghatli xi xoghlijiet minn tieghu biex ikolli idea fuq liema stili jahdem. Xogholu ghogobni u ghalhekk accettajt li nikkolaboraw flimkien. Il-pjan kien li nahdmu xi haga ghall-Eurovision Song Contest u tkellimt mieghu dwar kantanta li kont naf u qbilna li nikkuntatjawha mill-aktar fis, peress li ma tantx kellna zmien biex nahdmu.
Fil-fatt hekk ghamilt, u ma domtx ma rcivejt risposta min-naha taghha. Bazikament li qaltli hu, li tixtieq hafna li tikkollabora maghna, izda bhalissa ghandha affarijiet ohra u m'ghandiex hin kemm tixtieq x'tiddedika ghal dan il-progett. Qaltilna ukoll li tittama li fil-futur, nikkollaboraw flimkien, u tajniha l-kelma taghna li hekk ser isir.
Hemm il-hsieb li fis-sajf li gej, nibdew nahdmu fuq din il-kanzunetta. Fis-sajf, kemm jien kif ukoll il-kompozitur, ikollna aktar hin x'niddedikaw ghal hekk", spjegali Keith.
Sal-lum, Keith hadem ma' hafna kantanti Maltin stabbiliti. L-ewwel kantanta li hadem maghha kienet ohtu stess - Isabelle. Hadem ukoll ghall-kantanta Petra Zammit. Ikkolabora ukoll mal-kantanta Anna Azzopardi, kif ukoll mal-kantant Andrew Zammit li huwa wkoll kompozitur u sound engineer.
Kiteb diversi innijiet kommemorattivi
Keith kiteb ukoll lirika ghal diversi okkazjonijiet specjali hawn Malta fosthom l-innu kommemorattiv tas-sittin sena anniversarju tal-Hamrun Girl Guides. Innu iehor li kiteb Keith kien ghall-festa ta' Sant Andrija ta' Hal Luqa.
Dan kitbu fuq melodija originali ta' Dominic Cini u gie kantat minn Fabrizio Faniello. Innu iehor li hadem Keith gie rrekordjat minn Priscilla Psaila, maghrufa bhala Kaya ghall-festa tal-Qrendi.
Nitkellem ma' Keith dwar is-successi li rnexxielu jikseb s'issa, kemm f'Malta u anke barra minn xtutna.
"Kelli diversi successi minn meta bdejt nippartecipa f'festivals meqjusa zghar lokalment. Fost dawn klassifikajt mal-ewwel tlieta f'diversi okkazjonijiet, fosthom klassifikajt fit-tielet post fl-Ghanja tal-Poplu Zghazagh.
Barra minn hekk, is-sena l-ohra kelli zewg kanzunetti ‘L-Istorja Taghna' li giet interpretata minn Michela Dalli, u ‘Kwazi Qatt' interpretata minn Michela Galea, li klassifikaw fit-tieni u fit-tielet post tal-Konkors Kanzunetta Indipendenza 2011 Talent Zaghzugh, rispettivament.
Nahseb li l-ikbar success li kelli hawn Malta kien meta kanzunetta li ktibt waslet sal-Finali tal-Malta Eurosong 2010. Din kienet holma li saret realtà. Kien hemm okkazjonijiet fejn kelli xi xoghlijiet minn tieghi li hadu sehem f'konkorsi internazzjonali ukoll, fosthom f'konkorsi fir-Rumanija, l-Egittu, l-Italja, Moldova, Russja u ohrajn.
L-ikbar success li kelli barra minn xtutna kien meta wasalt sas-semi-finali tal-UK Songwriting Contest, xejn inqas minn tmien okkazjonijiet, fil-kategorija Lyrics Only ta' dan il-konkors annwali, fejn jiehdu sehem l-aqwa artisti minn madwar id-dinja", spjegali kburi Keith.
B'kurzità staqsejt lil Keith jekk biex jikteb il-lirika tal-muzika, irid ikunx qisu poeta. Jispjegali li l-ewwel ikun hemm idea, u wara jizviluppa fuqha.
"Ovvjament trid izomm is-sillaba u r-rima. Poezija ma tridx tkun melodjuza, ghaliex din tinqara f'rima. Kanzunetta trid toghqod attent li kelma tkun mqassma mal-muzika halli tibqa tal-widna", spjegali Keith.
Dwar kemm normalment idum sabiex jikteb kanzunetta wahda, Keith infurmani li mhux dejjem l-istess. Gieli dam siegha biss, u gieli beda kanzunetta llum u kompliha l-ghada.
Fl-ahharnett Keith stieden lill-qarrejja tal-KullHadd sabiex japrezzaw aktar il-muzika Maltija. Sahaq wkoll biex isiru talbiet ghal kanzunetti Maltin fuq ir-radjijiet lokali, u b'hekk inkunu qed insahhu u nappoggjaw it-talent Malti !!

| < Prev | Next > |
|---|






