Fil-granet li gejjin huwa mistenni li jkun hemm zviluppi interessanti fil-Parlament hekk kif il-kundanna li saret mill-Kumitat Ezekuttiv tal-PN fuq tlett deputati tal-PN, kompliet taqanqal aktar inwkiet fi hdan il-PN flok ikkwetat il-qiegha.
Id-deputat Nazzjonalista Franco Debono qieghed jikkontesta formalment il-kundanna li saret fil-konfront tieghu wara li vvota mal-Oppozizzjoni fuq il-mozzjoni li talbet ir-rizenja ta’ Karm Mifsud Bonnici minn ministru, ghax ma setax ikun prezenti ghal-laqgha tal-Ezekuttiv minhabba li kien impenjat b’xoghol parlamentari.
Id-deputat Nazzjonalista Jeffrey Pullicino Orlando fir-reazzjoni tieghu ghal din il-kundanna, qal li huwa ma kienx f’pozizzjoni li jiddefendi ruhu peress li dan is-suggett ma kienx item fuq l-agenda tal-Kumitat Ezekuttiv ta’ nhar l-Erbgha li ghadda.
Intant skont persuni qrib tad-deputat Franco Debono, fis-sighat li ghaddew dan stqarr maghhom illi jekk ma tigix iritirata l-kundanna kontra tieghu, huwa jista’ jitlob siggu fin-nofs tal-Parlament u ma jibqax aktar fuq il-bankijiet tan-naha tal-Gvern.

| < Prev | Next > |
|---|






