Jeffrey Pullicino Orlando jinsisti li f’demokrazija m’hemm l-ebda lok li l-Ezekuttiv Nazzjonali tal-PN, jikkundanna l-agir tal-membri parlamentari li jirrapprezentawh.
Waqt li kien qed jiehu sehem fil-programm Dissett fuq TVM, huwa sostna li f’dan il-kaz partikolari, mieghu ma saritx gustizzja naturali, hekk kif hu ma kienx infurmat li l-laqgha tal-Ezekuttiv Nazzjonalista kienet ser tittratta l-agir tieghu u tal-kollegi tieghu Jesmond Mugliett u Franco Debono. Sahaq li huwa biss f’pajjizi totalitarji li jsiru affarijiet bhal dawn.
Jeffrey Pullicino Orlando qal li dak li wasslu biex jivvota favur il-mozzjoni tal-Oppoz-izzjoni u dak li qal nhar it-Tnejn li ghadda fil-Parlament, kien ilu erba’ snin shah jghidulu lill-Prim Ministru Lawrence Gonzi u kien qalu wkoll lill-Grupp Parlamentari Nazzjonalista kollu.
Mistoqsi dwar l-ghaxar membri Parlamentari li skont hu kienu wrew ix-xewqa li jivvutaw favur il-mozzjoni tal-Oppozizzjoni, Pullicino Orlan-do ghal darb’ohra rega’ kkonferma li dan gara mhux biss waqt laqghat privati li kellu maghhom, izda anke permezz ta’ xi SMSs li kienu baghtulu.
Zied jghid li wiehed mit-33 membru Parlamentari li ffirma d-dikjarazzjoni, kien fil-fatt qal quddiem zewg persuni ohra li hu ried jivvota favur il-mozzjoni tal-Oppozizzjoni.
Pullicino Orlando qal li dawn il-membri parlamentari kienu mgieghla jivvutaw kontra din il-mozzjoni u ghalhekk ghamlu dan mhux ghax kienu konvinti li kellhom jaghmlu hekk.
Tkellem ukoll dwar il-kaz tal-Mistra u qal li ma jiddispjacieh xejn li hu kien gie avvicinat minn RCC fejn kien talbu biex jisfida lill-eks mexxej Laburista Alfred Sant dwar dan il-kaz.
Madankollu qal li huwa jinsab iddispjacut hafna li wara li kien gie uzat b’dan il-mod biex il-PN seta’ jirbah l-elezzjoni, l-ghada tal-elezzjoni generali bdew hergin ix-xnieghat fuqu li hu kien gideb lill-Prim Ministru.
Sahaq li huwa ingust li kull meta jkunu jridu jaghlqulu halqu, l-palladini ta’ GonziPN dejjem isemmulu l-kaz tal-Mistra, izda qatt ma jissemmew kazijiet ohra li skont hu, huma aktar serji minn tieghu, fosthom il-kaz tal-Ministru Tonio Fenech meta fi kliemu kien “abbuza mill-poter u agixxa ta’ sensar”.
Pullicino Orlando attakka lil RCC u qal li ghandu disrispett kbir lejn is-sistema demokratika ta’ pajjizna ghax iddecieda minn wara dahar il-Parlament, dwar kwistjoni li lanqas biss kienet imsemmija fil-programm elettorali tal-PN. Qal li kienet proprju din l-attitudni ta’ RCC li wasslitu biex kontra qalbu jiddeciedi li ma jergax jikkontesta f’isem il-PN fl-elezzjoni generali li jmiss.
Huwa temm jghid li l-kundanna tal-Ezekuttiv Nazzjonalista hija totalment zbaljata ghax ir-rwol tal-membri parlamentari huwa li jitkellmu u mhux li jservu ta’ ‘rubber stamp’.
Fl-istess programm, ha sehem ukoll Jesmond Mugliett. Mugliett qal li baqa’ jahseb sal-ahhar ftit minuti, dwar kif kien ser jivvota f’din il-mozzjoni. Qal li l-kundanna tal-Ezekuttiv tal-PN hija zbaljata u sostna li anke f’dan il-kaz, id-decizjoni li ttiehdet waqt din il-laqgha kienet influwenzata mid-deputati ‘hardliners’ fi hdan il-PN.
Sahaq li permezz ta’ din id-decizjoni, l-PN kompla jaghti indikazzjoni hazina ta’ x’tip ta’ politika jrid li jkollna f’pajjizna. Zied jghid li ghal darb’ohra, l-Ezekuttiv tal-PN kien selettiv meta gie biex jikkundanna ghax filwaqt li kkundanna lilu, baqa’ qatt ma kkundanna nies ohra fosthom lil Daphne Caruana Galizia, minkejja l-attakki li ghamlet fil-konfront tieghu u tal-familja tieghu.
Min-naha tieghu, Franco Debono li kien l-ahhar mistieden fil-programm Dissett, baqa’ jsostni li hu qatt ma kellu jkun ikkundannat ghax waqt li kienet qed issir il-laqgha, huwa kien qed jitkellem fil-Parlament u ghalhekk ma nghatax cans li jiddefendi lilu nnifsu.
Sahaq li hu m’ghamel xejn hazin u dak li ghamel, ghamlu biss fi spirtu ta’ demokrazija. Qal li fil-kwistjoni tal-mozzjoni dwar Karm Mifsud Bonnici, huwa kien il-haruf tas-sagrificcju ghax skont hu pogga r-riformi li jehtieg li jsiru fil-qasam tal-gustizzja, qabel il-karriera politika tieghu.

| < Prev | Next > |
|---|






