Wednesday
Jun 19th
Text size
  • Increase font size
  • Default font size
  • Decrease font size

Uzura istituzzjonalizzata

E-mail Print PDF
Share

vat_data_2000_2012Mis-sena 2000 ‘il quddiem, 120 persuna ntbghatu l-habs ghax ma hallsux il-VAT

Bhalissa f’pajjizna ghandna sitwazzjoni fejn negozjanti li fallielhom in-negozju u ghaldaqstant ma jkunux f’pozizzjoni li jhallsu t-taxxa tal-VAT, qed jispiccaw jintbghatu l-habs ghal diversi xhur jew sahansitra snin. Mis-sena 2000 ‘il quddiem intbghatu 120 persuni l-habs ghax ma hallsux arretrati tat-taxxa tal-VAT u multi relatati ma’ din it-taxxa.

L-Oppozizzjoni Laburista, ma taqbilx ma’ dan u qed tissuggerixxi li l-Gvern ghan-du joffri l-ghajnuna kollha mehtiega lil dawk in-negozjanti genwini li jkunu ghadd-ejjin minn sitwazzjoni finanzjarja hazina.

 

Dwar dan tkellem ukoll il-kelliemi Laburista ghall-Gustizzja Josè Herrera, meta nhar it-Tnejn li ghadda, fil-Parla-ment kompliet id-diskussjoni dwar il-mozzjoni dwar il-qasam tal-gustizzja.

Ittrattati bhall-aghar kriminali

Id-deputat Laburista Josè Herrera tkellem dwar l-ghexieren ta’ negozjanti zghar li qed jispiccaw mitfugha l-habs minhabba li fallielhom in-negozju tagh-hom u ghalhekk ma jistghux ihallsu t-taxxa tal-VAT.

 

Fi kliem Herrera, il-kazijiet ta’ dawn in-nies, jixhdu bic-car li s-sistema tal-gustizzja ta’ pajjizna, falliet bi kbir. Il-kelliemi Laburista qal li ma jistax jifhem kif bniedem li jkun fallielu n-negozju, flok isib l-ghajnuna biex jerga’ jqum fuq saqajh, qed jispicca mitfugh il-habs ghal xhur shah jew sahansitra snin.

 

Dan qed jitfa’ lil dawn il-persuni f’cirku vizzjuz u qed jeqirdilhom hajjithom u hajjet il-familja taghhom, sostna Herrera.

 

Zied jghid li hemm individwi genwini li jkun fallielhom in-negozju taghhom u min-habba f’hekk, il-flus li jkollhom ghad-dispozizzjoni tagh-hom ikunu qed juzahom biex ihallsu lill-haddiema taghhom u ghalhekk ma jkollhomx biex ihallsu t-taxxa tal-VAT.

 

“Ghal dawn in-nies la hemm remission u lanqas parole”, sostna Josè Herrera u qal li f’hafna kazijiet, dawn in-negozjanti qed jigu ttrattati bhal l-aghar kriminali f’pajjizna. Semma kazijiet fejn sah-ansitra gieli kien hemm persuni li nstabu hatja b’reati aktar gravi bhal hold ups li ntbghatu sittax -il xahar habs filwaqt li negozjanti zghar li ma hallasx il-VAT ghax fallielhom in-negozju spiccaw wehlu sitt snin habs.

 

Semma wkoll il-fatt li ghal dawn in-negozjanti, mhux talli m’hemmx sistema ta’ moratorju, talli dawn qed jispiccaw jehlu penali kbar minhabba li ma jkunux hallsu u qed jispiccaw jidhlu f’cirku vizzjuz t’uzura istituzzjonalizzata.

Ligi kosmetika

Il-kelliemi Laburista Josè Herrera kkritika l-fatt li bhalissa m’hemmx rimedju ghal dawk in-negozjanti zghar li ma jhallsux it-taxxa tal-VAT.

 

Dan minkejja li fil-passat kien hemm sistema fejn individwu seta’ jressaq petizzjoni quddiem il-President tar-Repubblika, li min-naha tieghu, jew kien inaqqas is-somma dovuta jew sahanistra jahfirha.

 

Minflok din is-sistema, issa dan il-poter inghata lill-Magistrat, izda jirrizulta li s’ issa ma kienx hemm imqar kaz wiehed fejn Magistrat hafer il-penali li kienet dovuta.

“Qed nippruvaw nuru li ghandna simpatija lejn dawn il-persuni, meta fil-fatt kollox huwa kosmetiku”, sostna Josè Herrera. Zied jghid li f’cirkostanza fejn ikun hemm kazijiet bhal dawn, il-Qorti qed tigi ridotta ghal ‘rubberstamp’ ta’ dipartiment tal-Gvern.

Gvern gdid se joffri ghajnuna u appogg lin-negozjanti

z-zghar

Min-naha tieghu, l-Mexxej Laburista Joseph Muscat iddikjara li l-penali u l-interessi li qed jigu mposti fuq in-negozjanti zghar, m’huma xejn ghajr uzura legalizzata li hafna drabi qed twassal ghall-falliment tan-negozju taghhom.

 

Joseph Muscat qal li l-problema ta’ dawn in-negozjanti zghar m’hijiex it-taxxa tal-VAT izda pizijiet ohra li gew imposti fuqhom mill-Gvern bhall-kontijiet esorbitanti tad-dawl u l-ilma, u l-prezz gholi tal-fuel li qed inaqqsulhom sostanzjalment mid-dhul taghhom.

 

Flok qed jghinhom biex jergghu jqumu fuq saqajhom u jimxu ‘l quddiem, il-Gvern qed jitfaghhom il-habs u dan ghad-detriment tal-familji taghhom, sostna Joseph Muscat.

Il-PL jemmen li l-haddiema u n-negozjanti ghandhom jahdmu id f’id fl-istess direzzjoni biex flimkien joholqu aktar xoghol u aktar gid.

Kummenti (1)Add Comment
...
Minn Guzeppi Borg, July 02, 2012
Ma naqbilx ma l-awtrici - donnha insiet li l-VAT hija taxxa li hallsu l-klijenti sabiex tghaddi lill-Gvern? Kif tista' qatt tiggustifika li din it-taxxa tintuza ghal spejjes tan-negozju?
report abuse
vote down
vote up
Votes: +0

Ikkummenta
quote
bold
italicize
underline
strike
url
image
quote
quote
smile
wink
laugh
grin
angry
sad
shocked
cool
tongue
kiss
cry
smaller | bigger

busy
 

It-Temp

Fair Sunny Sunny Sunny Partly Cloudy
31C 32C 31C 28C 28C
Wed Thu Fri Sat Sun

 

Karikatura

 

 

Faccata