GonziPN jinsab mehdi fih inniffsu, mehdi fil-loghob tal-palazzi tal-poter, mehdi fil-politika tal-bierah.
Min-naha l-ohra l-moviment li qed jinbena madwar il-Partit Laburista huwa ffukat fuq il-gejjieni ta' pajjizna, fuq roadmap ghal tkabbir ekonomiku li jilhaq lil kulhadd.
Ghandna bzonn Gvern gdid li jekk jinghata l-fiducja jahdem fuq roadmap ghal tkabbir ekonomiku li jilhaq lil kulhadd u li permezz tieghu verament nistghu noholqu socjetà gusta.
Dan qalu l-Mexxej Laburista Joseph Muscat f'messagg li qed jigi mxandar fuq il-YouTube u fuq il-pagna tal-Facebook ta' Joseph Muscat.
Dr Muscat qal li l-Partit Laburista qed johrog bi proposti konkreti hafna dwar Garanzija ghaz-zghazagh Taghlim, Tahrig u Xoghol, dwar il-bzonn li naghmlu Social Impact Assesment fuq il-proposti ekono-mici magguri ta' Gvern gdid, dwar li naghtu serhan il-mohh lill-genituri u persuni b'dizabbiltà.
Joseph Muscat qal li f'dan il-mument filwaqt li ghandna gvern mehdi fih inniffsu li mhux qed jiggaranitixxi stabbiltà, il-moviment aktar minn qatt qabel irid ikun hemmhekk biex jinfetah ghal aktar persuni.
Dan il-moviment digà ghandu tim ta' kandidati b'esperjenza u nies godda totalment fil-politika, mijiet ta' voluntiera li qed jaghtu l-hin taghhom. L-appell tieghi huwa biex tinghaqdu maghna intom ukoll.
Ninsabu f'mumenti importanti fejn qieghdin inhejju roadmap u tappa importanti se tkun il-Kungress tal-Partit Laburista fejn se nkunu qed naghtu sinjal car dwar kif hemm tama ghal dan il-pajjiz. Kif l-arroganza ta' dan il-Gvern hija xi haga tal-bierah, qal Joseph Muscat.

| < Prev | Next > |
|---|






