Monday
Jun 17th
Text size
  • Increase font size
  • Default font size
  • Decrease font size

Aktar Nazzjonalisti jitbieghdu mill-klikka

E-mail Print PDF
Share

wayne_hewittgonziWara l-laqgha tal-Ezekuttiv tal-PN li saret nhar il-Hamis li ghadda, aktar Nazzjonalisti komplew jiddistakkaw ruhhom mill-klikka ta' GonziPN.

Fuq Facebook, komplew johrogu fil-berah is-sens ta' rabja li ghandhom fil-konfront tal-klikka ta' ftit nies li issa hadet il-kontroll assolut tal-Partit Nazzjonalista.

Ftit sighat biss wara li Lawrence Gonzi habbar il-lista t'10 kandidati godda li se jikkontestaw f'isem il-PN, Wayne Hewitt li ghal xhur shah mexxa kampanja qalila favur il-PN fuq il-Facebook, hareg jiddikjara li ghall-ewwel darba f'hajtu, fl-elezzjoni generali li jmiss, mhux se jivvota u qal li jerga' jivvota lill-PN meta dan jerga' jsir partit li jgib id-demokrazija qabel ir-religjon.

L-attakk ta' Wayne Hewitt fil-konfront tal-klikka GonziPN kompla anke fis-sighat li ghaddew, meta fuq il-pagna ta' Facebook tieghu, Hewitt attakka anke lill-amministrazzjoni tal-PN u qal li l-PN jehtieg li jekk jista' jkun jitlef aktar minn elezzjoni wahda sabiex jerga' lura ghal li kien qabel.

Minkejja li deher evidenti li r-reazzjoni tieghu tqanqlet wara l-ezitu tal-laqgha tal-Kumitat Ezekuttiv tal-PN, Hewitt cahad li hu kien qed jehodha kontra l-PN minhabba li ismu ma kienx inkluz fil-lista tal-kandidati godda.

Hu sostna li hu qatt ma ddikjara li kien se jkun kandidat f'isem il-PN, minkejja li fix-xhur li ghaddew mexxa kampanja qawwija favur Lawrence Gonzi u l-PN, u kontra l-PL u l-mexxej tieghu Joseph Muscat.

Intant, Wayne Hewitt ma kienx l-uniku Nazzjonalist li fis-sighat li ghaddew infexx f'attakk sfrenat kontra GonziPN. Fost dawk in-Nazzjonalisti li hargu jiddistakkaw ruhhom mill-klikka ta' GonziPN kien hemm Alfred Bray li fuq il-Facebook iddikjara li t-tmexxija tal-PN ma tridx tisma' l-verità u sostna li hu ma jridx jibqa' jsejjah lilu nnifsu "Nazzjonalist".

Bray fahhar lil Jeffrey Pullicino Orlando u qal li hu bniedem onest u li jemmen hafna fih. Bray qal ukoll li dak li qieghed ihoss fil-konfront tal-PN esprimieh ukoll mall-President tal-PN, Paula Mifsud Bonnici.

 

Kummenti (2)Add Comment
Partit bla ruh u bla maggoranza
Minn SamuraiSamurai, July 15, 2012
Issa gonzipn mhux talli tilef il-maggoranza ta' siggu li kellu fil-parlament, ghal darba, tnejn, tlieta, imma qieghed jitlef l-appogg bis-sekondi.
U l-pajjiz qieghed ikompli jinzel l-isfel fl-abbiss, bil-poplu ma jafx fejn qieghed u z'se jaghmel.
Ikun ahjar ghal Malta u Ghawdex li tissejjah elezzjoni generali malajr kemm jista' jkun, biex pajjizna jsib dik l-istabilita' li ghandu bzonn, u jerga' jqum fuq saqajh.
report abuse
vote down
vote up
Votes: +5
Il-Palament
Minn Michael Debono, July 15, 2012
Bid dikjarazzjoni ta' Dr. Franco Debono i-fil-parlament Gonzi pn m'ghandux aktar Maggioranza. Ghalhekk ghandha tissejjah laqa' tal parlament fejn jigi stabilit kif Gonzi tilef il-magioranza ghandu icedi postu ghal Dr. J. Muscat, li jipprova jifforma gvern, isejjah vot fil-Parlament biex jara ghandux magioranza u jekk ghandu jifforma gvern jaghmelseduta u isejjah elezjoni mill-aktar fis. Alternativa jekk Gonzi tilef il-magioranza u ma jkunx hemm gvern alternattiv allura Gonzi ghandu isejjah elezjoni mill-ewwel. Hekk imorru l-affarijiet.
report abuse
vote down
vote up
Votes: +7

Ikkummenta
quote
bold
italicize
underline
strike
url
image
quote
quote
smile
wink
laugh
grin
angry
sad
shocked
cool
tongue
kiss
cry
smaller | bigger

busy
 

It-Temp

Fair Sunny Sunny Sunny Sunny
22C 28C 28C 27C 27C
Mon Tue Wed Thu Fri

 

Karikatura

 

 

Faccata