Tisma' b'hafna jgergru bl-ammont ta' traffiku li dejjem jizdied fit-toroq lokali, specjalment ta' kull filghodu meta kulhadd ikun mghaggel ghax-xoghol. Xi ohrajn igergru dwar it-trasport pubbliku, specjalment dwar ir-rotot twal u zejda u hafna drabi b'konsegwenzi ta' dewmien esagerat. Niehu minni stess - sabiex nasal fuq il-post tax-xoghol tieghi l-Belt, nuza t-trasport pubbliku. Kultant bejni u bejn ruhi nghid li bl-istess ammont ta' hin nasal ta' kuljum Sqallija, u mhux wara li tghaddi siegha nkun ghadni f'Malta stess, bid-destinazzjoni tieghi li tkun il-Belt Valletta.
Dan l-ahhar sirt naf b'persuna li sab soluzzjoni ghal dan kollu. Dan ghaliex sabiex jasal mid-dar tieghu ghal fuq il-post tax-xoghol tieghu fil-Belt Valletta, juza mezz ta' transport differenti mill-maggoranza. Andrea Scorcia jasal fuq il-post tax-xoghol tieghu permezz ta' kayak. Tista' tghid li ta' kuljum jaqsam fuq il-bahar mill-Isla ghall-Belt permezz tal-kayak tieghu.
Juza l-kayak kwazi kuljum biex imur ix-xoghol
Tkellimt fid-dettall ma' Andrea sabiex insir naf aktar dwar din id-decizjoni tieghu u fuq kollox jekk hiex bicca xoghol kbira ghalih li joqghod jonfoh u jerga' jnizzel il-kayak tieghu.
Andrea proprjament huwa minn Ruma, ghandu tletin sena, izda ilu jghix hawn Malta minn Settembru 2008. Bla dubju ta' xejn il-kayaking huwa wiehed mill-passatempi tieghu. Ihobb ukoll jaqra, jsiefer u l-climbing.
Andrea jsostni li ilu jmur kayaking hawn Malta ghal dawn l-ahhar tlett snin. Izda beda juzah b'mod regolari bhala mezz ta' trasport sabiex jasal fuq il-post tax-xoghol tieghu; ilu minn Gunju tas-sena li ghaddiet, precizament meta mar jghix l-Isla.
Meta kellu sittax-il sena, Andrea dak iz-zmien kien jghix Sanremo. Dak iz-zmien ghal sentejn shah kien jiehu sehem fi tlielaq bil-kayak fuq livell Olimpiku.
Mhux ta' b'xejn imharreg sew f'dan l-isport!!
Jiffranka l-hin, flus u jibza' ghall-ambjent
Mistoqsi kif thajjar jibda jmur ghax-xoghol bil-kayak, minflok bil-karozza tieghu jew bit-trasport pubbliku, Andrea wegibni, "Nippreferi nkun indipendenti u nahseb ghal rasi, milli noqghod nistenna tal-linja ta' kull filghodu.
B'li smajt dwaru, ma tantx hajjruni nibda nuza t-trasport pubbliku. Barra minn hekk kull meta kien temp hazin, jew inkella jkolli xi qadja wara x-xoghol, dejjem mort ghax-xoghol bil-karozza tieghi. Izda sfortunatament dejjem hlejt l-isbah siegha sabiex wasalt il-Belt, apparti aktar hin indur u nghaqad biex insib post biex nipparkja.
Ghalhekk bil-kayak sibt l-ahjar soluzzjoni - anqas stressanti, niffranka l-flus fuq id-diesel u l-parking, u fuq kollox ma nkun qed naghmel l-ebda hsara lill-ambjent", sostna Andrea.
Ridt inkun naf xi kemm jiehu hin sabiex jaqsam mill-Isla ghall-Belt Valletta u anke l-procedura li jiehu sabiex jarma u jzarma l-kayak tieghu.
B'mod dettaljat spjegali dan kollu. "Hekk kif nitlaq mid-dar ghax-xoghol, niehu l-kayak f'basket wara dahri.
Go fih ikolli wkoll il-pedala u l-pompa, kif ukoll basket iehor bil-hwejjeg tax-xoghol. Mid-dar tieghi l-Isla nimxi ftit metri lejn il-waterfront, u hemmhekk nohrog il-kayak mill-basket u naqsam il-port ghall-Belt. Qabel naghmel dan inkun cert li ma jkunux dehlin xi vapuri.
Hekk kif nasal Ta' Liesse, l-Belt, malajr malajr innixxef il-kayak u nnizlu, nitwih u npoggih lura fil-basket ghal wara dahri. Inlahlah lili nnifsi bl-ilma frisk u nilbes malajr ghax-xoghol. Ghax-xoghol tieghi jkun ghad fadalli biss mixja zghira sa ma nasal Triq San Pawl, il-Belt.
Naqdef biss jehodli madwar seba' minuti, izda l-process kollu sakemm nonfoh il-kayak, naqdef u nnizzlu, qisu jehodli bejn tletin minuta jew hamsa u erbghin minuta - jiddependi skont it-temp tal-gurnata", spjegali pass pass Andrea.
Minhabba li normalment fil-port il-bahar rari jkun imqalleb, Andrea jiddeciedi li jkollu jmur ghax-xoghol bil-karozza tieghu biss meta tkun xita qalila jew xi gurnata b'hafna rih!! Kompla jghidli li darbtejn f'gimgha jhobb jiccekkja r-rapport tat-temp ghall-kumplament tal-granet.
Soluzzjoni rilassanti ghall-ahhar
Sincerament rajtha fiha naqra bicca xoghol li joqghod jonfoq, jaqdef u jerga' jnizzel il-kayak tieghu, ghalkemm kif qalli hu stess ma jiehux wisq hin. B'hekk staqsejtu kif ihares lejn dan il-process kollu, u fuq kollox jarahx zejjed. "Onestament aktar naraha bicca xoghol kbira u ta' kedda li noqghod fil-karozza bilqeghda fi kju u traffiku li ma jispicca qatt.
Kultant, meta nkun naf li rrid nqum nsuq ghax-xoghol, insibha bi tqila wisq biex inqum u nkampa mal-kumplament tal-gurnata", sostna Andrea.
Kompla jghidli li mhux l-ewwel darba li lura mix-xoghol ghad-dar ma jibqax sejjer dirett lejn l-Isla bil-kayak, izda minflok jaghzel li jmur xi dawra madwar il-Port, jew inkella f'xi ghar taht Fort Rinella.
Ta' min jghid li Andrea ma juzax il-kayak tieghu biex imur ghax-xoghol biss, izda wkoll ghall-pjacir. Fil-fatt mhux l-ewwel darba li flimkien mat-tfajla tieghu telqu ghal ghonq ir-rih bil-kayak l-iehor li ghandu u li jesa zewg persuni, u jispiccaw jikkampjaw x'imkien fuq Kemmuna jew Ghawdex.
Mhux hekk biss, izda min-habba l-fatt li l-kayak jista' jigi ppakkjat facilment, mhux l-ewwel darba li tellghu mieghu Sqallija fost postijiet ohra waqt avventura camping.
Fuq nota personali, staqsejtu jekk gieli ltaqa ma' xi diffikultajiet fuq il-bahar. Fil-fatt malajr qalli li gieli kellu stejjer xejn sbieh. Wahda minnhom waqt gurnata kollha rih f'Dicembru 2010.
Dakinhar kien qieghed ma' siehbu fuq kayak jaqsmu minn Wied iz-Zurrieq ghal Birzebbuga. Gara li l-kayak beda jibla hafna ilma, tant li beda jeghreq quddiem Ghar Hasan. Ma kien hemm imkien fil-vicin fejn jistghu jinzlu, b'hekk l-unika soluzzjoni kienet li jcemplu ghall-ghajnuna.
Grajja ohra xejn sabiha li rrakkontali Andrea u li rrefera ghaliha bhala "Fantozzi-like adventure" kienet waqt li kien mat-tfajla tieghu u persuna ohra fuq il-gzira ta' Marettimo.
L-idea kienet li joqghodu jduru mal-gzira bil-kayak. Fl-ewwel gurnata kollox mar harir, u filghaxija kkampjaw fuq xtajta. Izda l-ghada filghodu qamu u sabu quddiemhom bahar ifferucjat b'hafna rih.
Ghalkemm mir-rapport tat-temp kienu jafu li kien ser jigri xi haga, ma kienux bassru jew qraw li kien ser jibqa' ghaddej ghal tlett ijiem shah.
B'hekk kellhom jibqghu tlett ijiem shah jghixu fuq din il-gzira go ghar. Il-haga tajba kienet li almenu kellhom bizzzejjed ikel u ilma biex jghaddu l-jiem.
"Fuq nota tajba, kelli nkun minn fuq il-kayak tieghi biex kelli nigi wicc imb'wicc darbtejn ma' fkieren tal-bahar fil-vicinanzi ta' Dingli Cliffs", stqarr mieghi Andrea.
Fl-ahharnett Andrea fissirli li jhares lejn il-kayaking bhala xi haga li tista' titgawda matul is-sena kollha, b'mod rilassanti izda fl-istess hin wiehed attiv.
Fl-istess hin wiehed jista' jgawdi certu xenarji li normalment mhux daqstant facli li jara jew jaccessa malajr!

| < Prev | Next > |
|---|






