Tuesday
Jun 18th
Text size
  • Increase font size
  • Default font size
  • Decrease font size

RCC IMGIDDEB DWAR IL-KAZ TAL-RJ 70s

E-mail Print PDF
Share

frans_camilleri_picFrans Camilleri, li kien jokkupa l-kariga ta' Group Head Administration tal-Air Malta fiz-zmien meta nxtraw l-ajruplani RJ 70s, jishaq li ma jafx ghal min kien qieghed jirreferi Richard Cachia Caruana meta qal li l-manigment tal-Air Malta kien favur ix-xiri ta' dawn l-ajruplani.

Waqt intervista fuq ONE, Frans Camilleri qal li ma jafx min huma dawk in-nies li kienu jokkupaw kariga fil-manigment tal-Air Malta, li kienu taw parir favorevoli dwar ix-xiri ta' dawn l-ajrup-lani. Sahaq li hafna ufficjali li kien tkellem maghhom dak iz-zmien kienu xettici hafna dwar dan ix-xiri.

Zied jghid li dwar dan il-kaz, il-manigment ta' dak iz-zmien tal-Air Malta, kien ipprezentat b'fait accompli u dan jista' jigi kkonfermat, hekk kif hafna mill-persuni li dak iz-zmien kienu parti mit-tmexxija tal-Air Malta, jew ghadhom jahdmu hemm sal-lum, jew inkella ghadhom hajjin, u ghalhekk jistghu jixhdu dwar dan.

"Jien kont mill-bidu nett kontra x-xiri tal-RJs ghax fl-opinjoni tieghi ma kinux ajruplani adattati ghall-kumpannija u barra minn hekk, il-mod kif kienu qed isiru l-affarijiet ma kienx sew," qal Camilleri.

Frans Camilleri kien tqabbad mic-chairman ta' dak iz-zmien tal-Air Malta, J.N. Tabone, biex ikompli n-negozjati li kienu digà nbdew fuq ix-xiri ta' dawn l-ajruplani. Qal ukoll li Tabone kien sforza lill-manigment tal-Air Malta biex jiffirma stqarrija li kien favur ix-xiri tal-RJ 70s, izda Camilleri kien irrifjuta li jaghmel dan, u ta' dan patta qares hafna, ghalkemm sal-lum il-gurnata qal li ma jiddispjacihx.

Zied jghid li hu, flimkien m'ufficjali ohra tal-Air Malta, kienu kontra x-xiri ta' dawn l-ajruplani minhabba l-ispejjez li kienu involuti u anke minhabba l-problemi li kienu jaghtu l-magni. Fil-fatt, il-barranin stess kienu skantaw meta saru jafu li l-Air Malta kienet bihsiebha tixtri dawn l-ajruplani. Il-fatt li dawn l-ajruplani ftit li xejn kienu nbieghu bhalhom, ukoll kien qajjem suspetti kbar dwar kemm, fil-fatt, dan ix-xiri kien se jkun investiment ghaqli ghall-kumpannija nazzjonali tal-ajru.

Frans Camilleri ddeskriva l-process tax-xiri ta' dawn l-ajruplani bhala "vvizzjat" ghax fi kliemu l-process li bih inxtraw dawn l-ajruplani, ma kienx il-process li jsir normalment.

Richard Cachia Caruana kien qal li l-kumpannija Air Malta kienet xtrat l-RJ 70s biex taghmel lil Malta "hub" fil-Mediterran u minkejja li kellhom isiru studji biex jidentifikaw jekk dan l-investiment kienx ser irendi ghall-Air Malta, dawn l-istudji baqghu ma sarux. Dan kollu kien irrizulta f'telf ta' miljuni kbar ta' flus ghall-kumpannija nazzjonali tal-ajru.

 

 

Kummenti (0)Add Comment

Ikkummenta
quote
bold
italicize
underline
strike
url
image
quote
quote
smile
wink
laugh
grin
angry
sad
shocked
cool
tongue
kiss
cry
smaller | bigger

busy
 

It-Temp

Fair Sunny Sunny Mostly Sunny Sunny
20C 29C 28C 28C 28C
Tue Wed Thu Fri Sat

 

Karikatura

 

 

Faccata