Is-Segretarju Gene-rali tal-Partit Nazzjo-nalista, Pawlu Borg Olivier (PBO), maghruf ahjar fid-Dar Centrali tal-Partit Nazzjonalista bhala Pawlu Frejjeg, rega' hareg b'wahda ohra minn tieghu meta qal illi l-Partit Laburista huwa partit sinjur, mentri l-Partit Nazzjonalista mhuwiex wiehed sinjur. Tant hu hekk, skont PBO, il-PN jehtieg li jigbor minghand in-nies is-somma ta' €200,000 biex ikun jista' jifdi l-ispiza tal-billboards li ghadhom kif feggew bhall-faqqiegh fit-toroq taghna.
Li ma kienx ghall-fatt li huwa s-Segretarju Generali tal-partit fil-Gvern, Borg Olivier kien facilment jista' jitqies bhala wiehed mill-akbar komici, biex ma nghidx buffi, li ghandu l-pajjiz, ghall-gafef kontinwi li hareg bihom tul il-hames snin li ilu jokkupa l-kariga li ghandu.
Certament li l-hatra ta' Borg Olivier bhala Segretarji Generali tal-PN kienet wiehed mill-izbalji strategici ewlenin li kkommetta Gonzi tul din il-legizlatura. Ir-ragel semplicement ‘does not have it' kif jghidu l-Inglizi. Borg Olivier m'ghandux il-hiliet necessarji, mohh strategiku u analitiku, il-komunikattiva, il-vizjoni politika li normalment wiehed jistenna min xi hadd li jithajjar jokkupa kariga ta' dik l-importanza.
II-kandidat rival li kellu Borg Olivier ghall-istess kariga erba' snin ilu, Charlo Bonnici, li mhuwiex xi genju politiku halli niftiehmu, zgur li kien jibbrilla fejn il-frejjeg li ghamel Borg Olivier wahda wara l-ohra.
Il-mod kif Borg Olivier kien ittratta lil Kunsilliera ta' Tas-Sliema, Sandra Camilleri, meta ltaqa' maghha fil-pub Lady Di, fejn sahansitra kien heddida b'ommha, huwa l-aghar ezempju tat-tmexxija ta' Pawlu Borg Olivier meta tilef il-kontroll fuq in-nies tieghu stess u li wasal biex waqa' ghall-bassezzi, f'post pubbliku ghal giehna, biex jipprova jasse-rixxi l-awtorità tieghu.
Imbaghad xi nghidu ghall-famuza email li Pawlu Borg Olivier kien baghat lil ufficjali tal-customer care fil-ministeri u d-dipartimenti tal-Gvern, fejn ipprova bhala partit jorganizza network permezz tal-istrutturi tal-Gvern, biex tingabar informazzjoni li suppost hija kunfidenzjali, dwar l-ilmenti tan-nies?! Din ukoll kienet oxxenità kbira mill-kbar nett min-naha ta' Pawlu Borg Olivier, li fil-frejjeg kbar li kapaci jorigina minn mohhu, ma jokkorrilux li ghandha tinzamm distinzjoni netta bejn l-affarijiet tal-Istat u l-affarijiet tal-Partit.
Imbaghad aktar ricenti kellna x-xena dizgustanti quddiem il-bieb principali tad-Dar Centrali tal-PN f'Tal-Pietà. Pawlu Borg Olivier hass li biex tinzamm l-ordni dakinhar li ltaqa' l-Kumitat Ezekuttiv tal-PN biex johrog l-interdett lid-Deputati Pullicino Orlando, Mugliett u Debono milli jikkontestaw l-elezzjoni generali li jmiss, kellhom jissejhu ghadd ta' bulijiet u manigoldi, uhud minnhom sahansitra b'rekord kriminali. Xena li darrset mhux ftit, specjalment lil dawk li kienu jahsbu li l-uzu tal-bulijiet ghal skopijiet politici kien ilu li nqata'.
Imma biex nigi ghall-ahhar dikjarazzjoni li zgur taqsamlek zaqqek bid-dahk li ghadu kif hareg biha Borg Olivier, li l-Partit Laburista huwa partit sinjur u l-PN mhux.
Apparti li dan nesa jsemmi l-famuza JS List, il-lista ta' dawk il-kuntratturi li jiehdu hafna kuntratti pubblici u li huwa mistenni minnhom li jhallsu percentwal minn dak li jaqilghu lill-Partit Nazzjona-lista; apparti li l-PN fl-elezz-jonijiet li saru f'dawn l-ahhar hamsa u ghoxrin sena, fid-deher dan dejjem kellu kampanji elettorali li jiswew hafna flus, hafna aktar minn dak li kellu x'jonfoq ghall-kampanji tieghu l-Partit Laburista.
Apparti li l-Partit Nazzjona-lista invarjabbilment abbuza kemm felah minn fondi tal-Istat ghall-finijiet partiggjani tieghu - li Borg Olivier, daq-stant tard fil-gurnata, johrog jittallab ghall-flus biex ikun jista' jiffinanzja l-billboards tieghu, jista' jkun ukoll sinjal taz-zminijiet, li l-Partit Nazzjonalista tant mhuwiex qieghed jispira fiducja fost il-poplu, li dawk li s-soltu jikkontribwixxu finanzjarjament ghall-htigijiet tieghu, qeghdin joqoghdu lura milli jaghmlu dan.
Ghalhekk forsi l-paniku ta' Borg Olivier li johrog b'dikarazzjonijiet assurdi u inkredibbli bhal dawn li l-PL huwa sinjur u l-PN mhuwiex.
Jibqa' l-fatt li kemm fl-1995, fi zmien il-Kummissjoni Galdes, u anki issa li rega' tqajjem is-suggett fuq insistenza tad-Deputat Franco Debono, kien il-Partit Nazzjonalista li dejjem kaxkar saqajh fuq is-suggett sensittiv hafna ghat-thaddim tad-demokrazija f'pajjizna, il-finanzjament tal-partiti.
Kien il-Partit Nazzjonalista li rrifjuta li jsiru regoli effettivi li jiggarantixxu aktar trasparenza u kontabbiltà fil-mod kif jigu ffinanzjati l-partiti politici.
Kien il-PN li spara hafna 'l fuq il-linja ta' demarkazzjoni bejn donazzjonijiet leciti u donazzjonijiet illeciti, bejn donazzjonijiet bona fide u donazzjonijiet li jkollhom mistur go fihom tixhim fil-veru sens tal-kelma.
Iktar ma jiftah halqu Pawlu Borg Olivier, iktar qieghed jaghmel frejjeg, u fi zmien fejn il-Partit Nazzjonalista qieghed jiddelitta mhux ftit bl-interdetti u bis-sarimi, jekk kien hemm xi hadd li tabilhaqq kien haqqu li jitlibbes sarima fl-interess tal-Partit Nazzjonalista, dan kellu jkun proprju Pawlu Borg Olivier.

| < Prev | Next > |
|---|






