Ix-xoghol salmura tal-gisem - hekk jghid il-qawl Malti. Fil-fatt hekk hu, ghax fil-verità li bniedem jibda ghaddej b'xi haga li jhobb jaghmel hija essenzjali ghall-hajja ta' kuljum. Il-personalità li ntervistajt illum, ilni nafu ftit mhux hazin, ghaliex jahdem fuq xoghol ta' kitba bhali. Ghalkemm illum huwa pensjonant, xorta ghadu ghaddej b'kitbietu. Qed nirreferi ghal Charles B. Spiteri.
Minkejja li ghalaq 61 sena, Charles jghid li ghadu tempestuz. "Skont kif deskritt minn marti u uliedi, jien ta' rasi ferm, ghalkemm ma naccettax dan sal-ahhar. Il-fatt li ghandi bosta u bosta poeziji tieghi, ifisser li ghandi qalb li taf thobb u taghder, mohh li jaf jahseb, hasra ghal min hu inqas ixxurtjat u l-aqwa haga li nghin lil kull min jitlobni l-ghajnuna, sakemm inkun nista' naghtihielu," beda jghidli dwaru.
Charles hadem erbghin sena bhala gurnalist, ghoxrin sena qarrej tar-rumanzi, direttur u produttur ta' bosta programmi radjufonici (l-aqwa fosthom 'Mad-Daqq tas-Sirena'), xi disa' snin habbar tal-mejtin, u kittieb ta' bosta u bosta features.
Inizzel noti siewja fuq id-djarju sabiex ma jinsiex
Bhala passatempi ghandu diversi. Beda bil-kitba tal-poezija, qaleb ghall-qari fuq ir-radju, kompla bl-ittajpjar ta' kotba antiki ghall-Malti tal-lum, u qabad ukoll in-namra ghat-tfaddil tas-santi u kartolini bil-bambin. "Minghajr ma forsi nuri, nhossni introvert, izda meta nkun fil-kumpanija nahseb li neghleb dan il-hsieb. Inhobb nisma' u niftakar. Biex il-memorja ma thallinix, waqtiet ta' interess specjali jew xi haga li tista' tiswieli fil-futur, innizzilha fid-djarju. B'hekk ma jkun jista' jmerini hadd", beda jghidli dwaru Charles.
Kompla jghidli li ma jhobb jarmi xejn. Ridt inkun naf aktar u infurmani li per ezempju ghandu rekordjata sa mill-ewwel paga li dahhal. Imbaghad zamm ukoll ic-chit tal-paga u salarju minn dak iz-zmien 'l hawn. "Dan l-ahhar irmejt files shah ta' ircevuti ghal xoghol li ghamilt fid-dar. Ghax kemm se ddum izzomm xorti? Izda meta kont niflihom kont nidhak. Kurrent tal-injam kien jiswa zewg xelini jigifieri 24c tal-ewro".
Mistoqsi kemm il-ktieb ippubblika s'issa, Charles infurmani li l-kotba tieghu jista' jghid li kienu trinita' - tlieta f'wiehed bl-isem ta' ‘Tifkiriet tal-Imghoddi". Fil-fatt hareg l-ewwel wiehed fl-1989, u rega' kien pubblikat ghat-tieni, it-tielet u r-raba' darba - dejjem bl-istess ghoxrin artiklu. "Imbaghad fl-2007 rega' hareg bl-istess isem, izda b'zieda ta' tmintax-il artiklu. Is-sena li ghaddiet, l-istess ktieb hareg fis-sensiela Kullana Kulturali bl-isem ta' Tifkiriet u Xoghol tal-Imghoddi u fih 46 artiklu, jigifieri zieda ta' tmien artikli ohra. Issa wasalt fil-fazi fejn pubblikatur differenti jixtieq jerga' johorgu b'addenda ta' 12-il artiklu iehor.
Hu xoghol ferm ghal qalbi u bih naf li ghent lil diversi studenti fl-iskejjel sekondarji fil-progetti li jinghataw, ghax kull artiklu fih ritratti awtentici. Ghalkemm mhumiex tieghi, ittajpjajt mill-gdid u gie pubblikat ir-rumanz Il-Misterji tal-Wardija (trittiku) li kiseb success gmielu fil-bejgh. Ghandi lesti ghall-pubblikazzjoni r-rumanzi Katina Eterna u c-Cimiterju tal-Imghallqin u bdejt bicca xoghol li kapaci tehodli snin twal u li ma nirreferix ghaliha ghalissa", kompla jinfurmani Charles.
Rigward poeziji, Charles infurmani li kellu numru mhux hazin pubblikati fil-gazzetti u gurnali, izda qatt ma haseb li jippublikahom s'issa.
Charles isostni li l-kitba hija l-medicina tieghu ghal hajja itwal. Hallejt f'idejh sabiex jispjega ruhu sew mieghi dwar dan il-fatt. "Semplicissima. Jien inhares lejn il-gurnalizmu bhala professjoni. Bhal tabib, avukat, perit ecc. Hadd minnhom ma jieqaf ta' 61 sena.
Allahares, ghax nimtlew bix-xjuh! Terga', kellna l-istqarrija tal-Unjoni Ewropea, li min irid jista' jibqa' jahdem wara li jirtira. U ghaliex le? Jekk jien, hajjti kollha qattajtha nikteb, kif issa ghax ghandi 61 sena nisfa skartat? X'naghmel, nistenna hajjti tnin tnin sa ma ninqered? Allura rrid inkompli nahdem. Mix-xoghol tieghi, li jlaqqaghni ma' bosta u bosta nies, tibda tirrealizza li qatt ma taf xejn. Ma nhobbx inkun numru ta' sodda, bilqieghda magenbha, nistenna l-ahhar tokki ta' hajjti. Ghalhekk nippreferi nkompli nahdem u nistinka", sostna Charles determinat minn dak li qed jghidli.
Aktarx li r-rediffusion inspirah bhala qarrej
Minn informazzjoni li tani Charles stess, sirt naf li fis-snin hamsin ma kienx hawn radjijiet, izda d-djar kollha kien ikollhom is-servizz tar-rediffusion. Fl-iskola l-ghalliema kienu jheggu ghall-qari, ghalkemm kotba ghat-tfal qajla kienu jezistu. F'dak iz-zmien li f'Malta ma kienx hawn radjijiet u televizjoni, Charles kien jintasab jisma' r-rediffusion, li aktarx wasslu biex issir qarrej hu ukoll.
Mitlub jispjegali r-rediffusion ghal dawk li ma lahquhx, wegibni, "Dan kien kaxxa f'xi tlett forom differenti. Kien f'pajjizna minn qabel il-gwerra, u jien li twelidt fl-1951 niftakru f'dar nannti, fil-bidu tat-tarag. Kien fuq xkaffa b'bicca wire qasira bejnu u l-iswitch li jaqleb minn A ghall-B. Stazzjon wiehed jidhirli bl-Ingliz u l-iehor bil-Malti.
Fil-vaganzi tas-sajf kont nissahhar nisma' lil Charles Arrigo u biex inkun nista' nisimghu ahjar minn kamra fuq, kont xtrajt bicca wire twila u gannattha ma' tar-rediffusion biex stajt ingorr il-kaxxa kull fejn xtaqt. Ghall-qari tieghi imxejt ukoll fuq tlett minn nies. Charles Arrigo li tani l-ewwel inkuraggiment; is-Superjur Gorg Grima, li qatt ma riedni abbati ghax kien jghid li b'lehni naghti servizz ahjar lil Alla u finalment Richard Muscat, li dejjem irrefera ghalija bhala the voice u li nkludieni mal-prezentaturi ta' rajdu lokali. Mill-qari tar-rumanz bdejt nipprezenta wkoll numru ta' programmi, bl-aktar wiehed popolari Mad-Daqq tas-Sirena li dam ghaddej xi sena".
B'kurzità fuqi ridt inkun naf minn fejn nibtet l-ittra B li hemm mizjuda bejn ismu u kunjomu. Fil-fatt spjegali li matul zmien l-iskola primarja sal-lum, din l-ittra B saret sinonima ma' gurnalist, kittieb, poeta u xandar.
"Kollox beda mill-iskola primarja tal-Hamrun, fejn fl-istess klassi nzertajna tnejn bl-isem ta' Carmel Spiteri. Allura l-ghalliem staqsiena x'kien it-tieni isem taghna. Wiehed kien Anthony u sar Carmel A. Spiteri u jien kien Benito u allura sirt Carmelo B. Spiteri. Fis-snin hamsinijiet, hafna ismijiet tat-tfal inqalbu ghall-Ingliz, aktarx ghax kienu t-tfal ta' wara l-gwerra, li ntrebhet mill-Inglizi u li ma xtaqux li t-Taljan jibqa' influwenti fost il-Maltin.
Niftakar sew li meta kont bdejt nahdem bdejt niffirma b'ismi proprju, jigifieri Carmelo-Benito Spiteri, izda l-Avukat Ugo Mifsud Bonnici, li dak iz-zmien kien direttur, ma xtaqnix nuza dak it-tieni isem. Qalli biex nbiddlu f'Benny, kif kien gara lil Benny Pace, li ismu proprju wkoll kien Benito. Ghalhekk, il-gurnalist zaghzugh rega' ghall-istil Ingliz u bqajt maghruf bhala Charles B. Spiteri", temm jghidli Charles.

| < Prev | Next > |
|---|






