Sunday
May 19th
Text size
  • Increase font size
  • Default font size
  • Decrease font size

Il-kundanna tal-Ezekuttiv tal-PN fuq Franco Debono hija illegali

E-mail Print PDF
Share

Precede168683_1662915304451_1372472_nnt tal-Qrati taghna, li jmur lura aktar minn 50 sena, jikkonferma li l-kundanna tal-Kumitat Ezekuttiv tal-Partit Nazzjonalista fuq id-Deputat Franco Debono, hija nulla u illegali.

Din is-sentenza tal-Qorti li tmur lura ghat-3 ta' Awwissu 1961, kienet tikkoncerna decizjoni ohra tal-Kumitat Ezekuttiv tal-Partit Nazzjonalista, dakinhar fil-konfront tal-Avukat Albert Ganado, li kien tkecca mill-PN f'seduta li kienet saret fit-22 ta' Mejju 1958.

Albert Ganado kien fetah kawza kontra n-Nutar George Borg Olivier bhala Kap tal-Partit Nazzjonalista wara li l-Kumitat Ezekuttiv tal-PN kien ha d-decizjoni "li biha nnota u ddelibera li Dr Albert Ganado ma ghadux jifforma parti mill-Kumitat Ezekuttiv tal-Partit Nazzjonalista u mill-Partit Nazzjonalista".

Dr Ganado kien sostna li din id-decizjoni tal-Kumitat Ezekuttiv tal-Partit Nazzjonalista kienet illegali, nulla u bla effett ghax fost affarijiet ohra ma kinitx ittiehdet skont it-termini tal-Istatut tal-Partit Nazzjonalista u ma gewx rispettati r-regoli tal-gustizzja na-turali, ghax Ganado ma kienx inghata l-opportunità li jiddefendi ruhu.

screen_shot_2012-08-18_at_16.18.48 Albert Ganado kien sostna wkoll illi l-imsemmija seduta tat-22 ta' Mejju 1958, kienet nulla u bla effett ghax kienu hadu parti u vvutaw fl-imsemmija decizjoni diversi membri Nazzjonalisti tal-Assemblea Legizlattiva li kienu ddekadew billi din kienet giet xolta b'decizjoni tal-Gvernatur fl-24 ta' April 1958.

Il-Qorti kienet tat ragun lil Dr Albert Ganado.

Ix-xebh bejn il-kaz ta' Albert Ganado u Franco Debono huwa wiehed qawwi.

Skont Guido De Marco fil-ktieb tieghu Politics of Persuasion, Albert Ganado li dak iz-zmien kien President taz-Zghazagh Nazzjonalisti, kien gie mwarrab mill-Ezekuttiv wara li talab li l-Partit jaggorna l-policies tieghu u Borg Olivier kien ha dan id-diskors ta' Albert Ganado bhala theddida ghat-tmexxija tieghu.

De Marco kien fost ghadd ta' avukati li ffirmaw ic-citazzjoni tal-kawza li Albert Ganado fetah kontra Borg Olivier u l-Partit Nazzjonalista.

Intant, Franco Debono wkoll qieghed isostni li d-decizjoni ta' kundanna tal-Kumitat Ezekuttiv tal-Partit Nazzjonalista mehuda fil-konfront tieghu tikser l-Istatut tal-Partit Nazzjonalista, u ghandha tigi annullata ghax skont l-Artikolu 50 tal-Istatut tal-PN kazijiet ta' dixxiplina ghandhom ikunu ttrattati mill-Kumitat Amministrattiv u mhux mill-Kumitat Ezekuttiv tal-Partit.

Dr Debono jsostni wkoll illi l-Artikolu 50B tal-istess Statut jghid illi "f'kull azzjoni dixxiplinarja mehuda mill-Kumitat Amministrattiv, il-persuna li kontra tieghu ttiehed l-azzjoni, ghandu jinghata opportunità xierqa biex jipprezenta d-difiza tieghu".

Franco Debono jghid li dan huwa l-principju tal-gustizzja naturali li kien imcahhad lilu peress li huwa ma setax ikun prezenti ghas-seduta tal-Kumitat Ezekuttiv fejn ittiehdet id-decizjoni tal-kundanna kontrih, peress li proprju f'dak il-hin stess tal-laqgha kien qieghed jitkellem fil-Parlament.

F'wahda mid-dikjarazzjonijiet ricenti tieghu, Franco Debono ma eskludix li jiftah kawza l-Qorti biex id-decizjoni ta' kundanna kontrih tkun annullata.

 

Kummenti (1)Add Comment
...
Minn Thorny, August 19, 2012
NO PROBLEM ghal GonziPN, partit ta' l'Avukati huma smilies/wink.gif

Idawruha ujaghmluha legali! smilies/shocked.gif

Fliemkien kollox possibli f'dan il-Pajjiz tal- Miki Maws! smilies/wink.gif
report abuse
vote down
vote up
Votes: +0

Ikkummenta
quote
bold
italicize
underline
strike
url
image
quote
quote
smile
wink
laugh
grin
angry
sad
shocked
cool
tongue
kiss
cry
smaller | bigger

busy
 

It-Temp

Fair Sunny Showers Sunny Partly Cloudy / Wind
16C 24C 24C 26C 24C
Sun Mon Tue Wed Thu

 

Karikatura

 

Faccata