Wednesday
Jun 19th
Text size
  • Increase font size
  • Default font size
  • Decrease font size

L-atleti Maltin tal-bowling lura f'pajjizna bi tliet midalji

E-mail Print PDF
Share

Tim ta' 9 zghazagh tal-under 18 hadu sehem fil-World Sport Festival 2012 fi Vjenna. Dan kien l-ewwel debut ta' dawn iz-zghazagh f'tournament barra pajjizna fejn gew akkumpanjati mill-MTBA kowcis Mark Spiteri u Liliana Said.

Iz-zghazagh taw prestazzjoni tajba kemm fil-kompetizzjoni singles kif ukoll fil-kompetizzjoni tat-tims. L-atleti Maltin gew lura f'pajjizna b'3 medalji tad-deheb, tal-fidda u tal-bronz. Dawn rebhuwhom fis-sezzjoni tal-kompetizzjoni tat-tims.

Il-kompetizzjoni saret f'jumejn fejn il-kompetizzjoni tal-gruppi saret bejn 24 tim, b'kull tim maghmul minn 3 plejers minn pajjizi differenti. Il-partecipanti gew maghzula skont il-puntegg totali li kisbu f'loghob nazzjonali

Wara l-ewwel jum tal-kompetizzjoni, Tim 10 li kien maghmul minn Kurt Attard (Malta), Luke Timbrell (Ingil-terra) u David Dudek (Awstrija) kienu fl-ewwel post.

Tim 14 kienu fit-tieni post u dan kien maghmul minn Philip Gruppetta (Malta), Hannah Willoughby (Ingilterra) u Neil Infante (Awstrija). Fit-tielet post kien hemm Tim 17 ta' Luke Burke (Malta), Isiha Cranfield (Amerika) u Hayley Claydon (Ingilterra).

Saru xi tibdiliet fil-pozizzjoni tat-timijiet fil-klassifika fit-tieni six-set fejn tim 17 ta' Luke Burke mit-tielet post irnexxielu jikseb il-pozizzjoni tal-ewwel post fejn it-tim tieghu kiseb il-medalja tad-deheb.

Tim 10 waqghu ghat-3 post fejn spiccaw biex hadu l-medalja tal-bronz. Tim 14 baqa' fit-tieni pozizzjoni sabiex kiseb il-medalja tal-fidda.

Fil-kompetizzjoni singles, Gruppetta kellu cans tajjeb li jirbah ukoll hekk kif kiseb post tal-qualifying fit-tielet post fejn rebah 4 minn 6 loghbiet.

Gruppetta kellu l-isfortuna però li ma tantx tella' punti fl-ahhar 2 loghbiet tieghu u b'hekk, spicca relegat fi-6 post.

Minkejja li Gruppetta spicca relegat fis-6 post, din xorta kienet prestazzjoni tajba ferm min-naha tieghu ghax irnex-xielu jispicca f'din il-pozizzjoni minn 30 tifel fis-sezzjoni singles tal-under 18.

It-tenpin, fil-World Sports Festival, kien biss wiehed mit-13-il sport ghall-kompetizzjoni. F'dan il-festival, hadu sehem fih xejn inqas minn 3000 atleta minn 8 pajjizi differenti. L-atleti Maltin li hadu sehem f'dan il-festival kienu Michaela Briffa, Kurt Attard, Matthew Magro, Luke Gauci, Owen Azzopardi, Kyle Burke, Luke Burke, Daniel Magro u Philip Gruppetta.

 

Kummenti (0)Add Comment

Ikkummenta
quote
bold
italicize
underline
strike
url
image
quote
quote
smile
wink
laugh
grin
angry
sad
shocked
cool
tongue
kiss
cry
smaller | bigger

busy
 

It-Temp

Fair Sunny Sunny Sunny Partly Cloudy
23C 32C 31C 28C 28C
Wed Thu Fri Sat Sun

 

Karikatura

 

 

Faccata