Wednesday
May 22nd
Text size
  • Increase font size
  • Default font size
  • Decrease font size

Futur li jghaqqadna

E-mail Print PDF
Share

stefan_zrinzoIl-poplu taghna jehtieg li jhares lejn il-futur b'kuragg u determinazzjoni. Pajjizna jehtieg li jfassal it-triq lejn futur li jghaqqadna. Il-Kungress tal-Partit Laburista li se jkun qed jitlaqqa' fil-jiem li gejjin, se jkun opportunità ghalina lkoll biex flimkien nisimghu l-ideat ta' xulxin u naghzlu l-linji gwida li fuqhom il-Partit Laburista se jipprezenta l-programm elettorali meta tissejjah l-elezzjoni generali.

Is-successi ta' pajjizna matul is-snin kienu dejjem ir-rizultat ta' impenn qawwi ta' poplu habrieki u hawtiel. Successi li wasslu permezz ta' tmexxija determinata li twassal lil dan il-pajjiz lejn orizzonti godda.

Rizultat ta' min emmen li pajjizna jista' jirnexxi u li kien lest li jiffaccja l-isfidi tal-futur b'kuragg.

Matul is-snin, kien hemm sitwazzjonijiet li wasslu biex firdu lil poplu taghna. Passat li jigi interpretat u suggett ghal diskussjoni, izda l-energija taghna jehtieg li niffokawha lejn kif se nindirizzaw dak li se jgib il-gejjieni aktar milli nintilfu f'dis-kussjoni ma tieqafx dwar dak li gara jew interpretazzjonijiet differenti tal-passat ta' pajjizna.

Madwar il-Partit Laburista qed ikompli jinbena Movim-ent. Moviment maghmul min-nies li gejjin minn oqsma differenti, nies li jahdmu fid-diversi setturi tal-ekonomija ta' pajjizna, nies li setghu fil-passat kellhom alleanzi politici differenti, nies li dejjem taw l-appogg politiku tagh-hom lill-Partit Laburista, nies li qatt ma hassewhom parti minn forza poltika f'pajjizna, nies ta' etajiet differenti.

Moviment maghmul li ghandhom ghan wiehed li jaqqghadhom - li pajjizna ilhaq mira li jkun l-aqwa fl-Unjoni Ewropea.

Il-bini ta' moviment holoq il-htiega li nwettqu l-politka b'mod differenti. Politika li tmur lil hinn mill-politika tal-partiti tal-bierah. Politika li tohloq dejjem aktar spazju biex in-nies ikunu l-protagonisiti fid-diskussjoni.

Politika li taghti importanza xierqa lil dak li ghandhom xi jghidu lin-nies. Politika li tisma' u tistma lin-nies ghax temmen li l-politika ghandha tkun ghan-nies.

Il-Kungress se jkun opportunità biex kull min huwa membru tal-Partit Laburista jghid tieghu u jwassal l-idea tieghu bhala parti minn process biex jigu decizi l-linji gwida li fuqhom jitfassal il-programm elettorali tal-Partit Laburista.

Fil-jiem tal-Kungress se niddiskutu diversi temi li lkoll flimkien jiffurmaw parti minn road-map immirata lejn aktar success ghal kulhadd f'pajjizna.

Temi li jolqtu diversi setturi fosthom l-oqsma tax-xoghol, it-tmexxija ekonomika, l-oqsma tas-sahha, l-ambjent, l-energija, l-edukazzjoni flimkien ma' diskussjoni dwar l-oqsma socjali u l-htiega ta' aktar drittijiet civili.

Pajjizna jehtieg li jkollu tmexxija li tilhaq l-aspirazzjonijiet tal-poplu taghna. Tmexxija li toffri direzzjoni gdida. Tmexxija li tghin biex aktar nies jahdmu flimkien.

Il-Kungress se jkun opportunità ghalina lkoll biex inhabbtu l-ideat li ghandna flimkien mal-membri tal-partit filwaqt li nisimghu dak li ghandhom xi jghidu bil-ghan li flimkien nasslu nilhqu l-ghanijiet li fassalna ghal dan il-moviment.

Matul dan il-kungress, filwaqt li l-membri tal-partit se jkunu l-protagonisti, se nisimghu wkoll dak li ghandhom xi jghidu ghaqdiet ohra, l-korpi kostitwiti, u membri ohra tas-socjetà civili.

Filwaqt li rridu nfissru aktar id-direzzjoni li nemmnu li ghandu jinghata dan il-pajjiz, jehtieg li naghrfu aktar kif f'dan il-process kollu naraw l-affarijiet mill-perspettiva ta' ohrajn biex verament nwettqu l-politika li tmur lil hinn mill-poltika tal-partiti tal-bierah.

Il-jiem tal-Kungress se jkunu opportunità ghalina lkoll biex nisimghu u niddiskutu ideat filwaqt li niddeciedu dwar il-qafas tal-programm elettorali li se jipprezenta l-Partit Laburista fl-elezzjoni generali.

Hija stedina miftuha, opportunità biex flimkien infasslu t-triq lejn futur li jghaqqadna.

 

Kummenti (0)Add Comment

Ikkummenta
quote
bold
italicize
underline
strike
url
image
quote
quote
smile
wink
laugh
grin
angry
sad
shocked
cool
tongue
kiss
cry
smaller | bigger

busy
 

It-Temp

Partly Cloudy  and  Windy Mostly Sunny / Wind Sunny Sunny Sunny
17C 22C 23C 25C 24C
Wed Thu Fri Sat Sun

 

Karikatura

 

Faccata