Ghexieren ta' residenti li joqghodu San Pawl il-Bahar tilfu d-dritt li jixtru jew ibieghu d-dar taghhom jekk kemm -il darba ma jhallsux somma lill-Gvern li issa sar is-sid tal-art li fuqha hija mibnija l-proprjetà taghhom.
Kien permezz ta' avviz li deher fil-harga tal-Gazzetta tal-Gvern tat-30 ta' Novembru li ghadda li sar maghruf li medda kbira ta' art li tinsab fil-qalba tal-villagg ta' San Pawl il-Bahar, giet ittrasferita minghand il-Knisja ghal ghand il-Gvern.
Kawza ta' dan it-trasferiment, in-nies li ghandhom il-proprjetà taghhom fuq din il-medda ta' art iridu jhallsu somma lill-Gvern sabiex ikunu jistghu jakkwistaw l-art li fuqha hemm mibnija l-proprjetà taghhom.
Uhud mir-residenti li tkellmu maghna spjegaw li din hija sitwazzjoni ingusta fil-konfront taghhom hekk kif meta huma xtraw il-proprjetà taghhom kienu xtrawha bla cens u l-process tax-xiri tal-proprjetà kien sar permezz ta' kuntratt skont il-ligi.
Jghidu li hadd ma kien gharrafhom li setghet tigri din l-eventwalità u jkollhom ihallsu somma flus lill-Gvern biex b'hekk l-art li fuqha hija mibnija d-darhom issir taghhom.
Ir-residenti qalu li l-art li fuqha ghandhom il-proprjetà kienet mikrija ghand il-Knisja, liema kirja kienet ilha mija u hamsin sena u baqghet tiggedded minn generazzjoni ghall-ohra.
Jirrizulta li hamsin sena wara li skadiet il-kirja, u l-art waqghet f'idejn il-Gvern, il-Knisja ghamlet talba biex tohodha lura.
Izda ghalhemm fethet aktar minn kawza wahda fil-Qorti, il-Qorti qatghetha li l-art ghandha tibqa' f'idejn il-Gvern minhabba l-preskrizzjoni.
Minhabba li issa l-art waqghet ghand il-Gvern, ghexieren ta' residenti qeghdin ikunu mitluba li jhallsu somma ta' flus sabiex b'hekk ikunu jistghu jixtru l-art minghand il-Gvern. Min ma jhallasx din is-somma, la se jkun jista' jixtri u lanqas ibiegh il-proprjetà tieghu.
Ghal artijiet li huma sa hamsin metru kwadru, trid tithallas is-somma ta' €902. Ghal dawk li huma bejn 51 u 80 metru kwadru jridu jhallsu €1,044. Artijiet li huma bejn 81 u 100 metru kwadru, l-hlas dovut huwa ta' €1,424. Ghal artijiet ta' bejn 101 u 120 metru kwadru l-hlas huwa ta' €1,898. Ghal artijiet bejn 121 u 150 metru kwadru s-somma mitluba hija ta' €3,322 filwaqt li ghal dawk l-artijiet li huma akbar minn 151 metru kwadru l-hlas dovut huwa ta' €4,746.
Huma ghexieren il-familji li gew milquta minn din is-sitwazzjoni. Dawn jinkludu r-residenti fi ‘Triq il-Mosta', ‘Triq l-Arzell', ‘Triq l-Ghabex', ‘Triq il-Kahli', u ‘Triq il-Villeggatura'.
Ir-residenti temmew jghidu li din hija forma ohra ta' taxxa li l-Gvern impona fuqhom bl-aktar mod ingust.

Minn Agnes Bonnici, January 21, 2013
Minn frank, January 26, 2013
Minn josephine, February 15, 2013
| < Prev | Next > |
|---|






