Thursday
Apr 17th
Text size
  • Increase font size
  • Default font size
  • Decrease font size

Spicca f'siggu tar-roti izda hajtu ma waqfitx

E-mail Print PDF
Share

picture4Dan l-ahhar sirt naf guvni iehor minn hanut tax-xorb fejn is-soltu gieli mmur hdejn shabi. Dan il-guvni laqatni ghal mod indipendenti u kuragguz li ghandu. Qed nirreferi ghal Brian Borg. Brian kien guvni normali, izda f'daqqa wahda sab ruhu jghix u jiddependi minn siggu tar-roti. Fil-fatt huwa l-uniku kaz f'Malta li jghix totalment ghal rasu wahdu d-dar!!!

Madankollu hajjtu ma waqfitx, anzi nammirah ghal mod ta' hajja indipendenti li jghix. Fil-hanut li ta' spiss qieghda ninzertah, Brian qalli li jasal permezz tal-karozza tieghu stess. Hemmhekk wiehed jista' jarah jilghab il-billiard ma' kull zaghzugh iehor li jkun hemm.

Malli sirt nafu, stedintu jaghmel intervista mieghi. Fil-fatt accetta mal-ewwel u b'hekk iltqajt mieghu ghal din l-intervista f'hanut iehor - din id-darba fil-Belt Valletta, l-istess post fejn Brian jghix.

Brian ghandu 37 sena, jghix wahdu l-Belt Valletta u ma jahdimx. Bhala passatempi jhobb jilghab il-billiard, l-armar tal-karozzi u anke jissocjalizza permezz tal-hrug.

Jiddeskrivi lilu nnifsu bhala mera, jigifieri skont ma' min jitkellem jaf jasal ghall-istess livell ta' dak li jkun.

Bdejt nitkellem ma' Brian dwar kif jghix fuq is-siggu tar-roti. Fil-fatt infurmani li l-incident sehh fis-27 ta' Awwissu 1990, meta kien ghad kellu erbatax-il sena biss.

Kien ghadu student u kien qieghed jahdem xi haga tax-xoghol ghas-sajf. Dakinhar inzerta ma kienx xoghol. B'hekk kien nizel jghum il-pitch tal-Belt. "Inzerta kien hemm xi manutenzjonijiet ta' xoghol tad-dawl, fejn kien hemm xi scaffoldings ma' xi arbli.

Ta' tfal li konna shabi u jiena konna naqbzu ghall-bahar minn xi gholi. Bhala cajta niftakarni kont tellajt karkura ta' habiba tieghi fil-gholi. F'hin minnhom tlajt ingibilha, u flok inzilt lura bil-pass bhalma tlajt, dak il-hin hsibt li naqbez lura fil-bahar.

Hekk kif inqtajt mill-art kull ma niftakar hu li gieni blackout. Kienu tellghuni mill-bahar u spiccajt ghamilt sebat ijiem f'koma. Wara kont l-ITU, disa' xhur shah fl-isptar San Luqa u wara ghamilt xahrejn Boffa. Minn kif qaluli, mal-qabza kont gejt nofs gismi fil-bahar u n-nofs l-iehor fuq l-art", beda jirrakkontali Brian.

 

Miraklu li almenu jista' jpoggi

bilqeghda

 

Kif qalli Brian stess, mal-ewwel kellu jirbhu s-siggu tar-roti, ghalkemm il-professur ta' dak iz-zmien kien qallu li la bilqeghda u l-anqas jimxi mhu ser ikun jista' aktar.

"Tista' timmagina x'sitwazzjoni difficli kienet ghalija u l-anqas kont naf fejn qieghed."

Illum il-gurnata Brian sar jaf ifendi ghal rasu, tant li jghix ghal rasu u anke jsuq il-karozza wahdu. Mistoqsi kif jirnexxielu dan kollu, Brian wegibni, "Wara tmintax-il sena shah nghix wahdi tghallimt insir indipendenti. Prattikament hajjti hija l-istess rutina u wahda normali ghall-ahhar".

Rigward jsibx ghajnuna minghand qraba u hbieb, Brian sostna mieghi li jekk jistaqsi dejjem sab. "Jien persuna li fejn nista' nasal wahdi ser infendi. Mhux l-ewwel darba li ninqabad wahdi u ma nkunx nista' nfendi.

Izda f'mohhi dejjem inzomm li kulhadd ghandu bzonn l-ghajnuna. Affarijiet bhal gass, tqandil ta' xirjiet, dawk insib ghajnuna minghand persuni ohra. Illum hawn ghajnuna, izda kemm jista' jkun nipprova li naghmel kollox jien stess", sostna mieghi Brian.

 

Pajjizi barranin ahjar minn

Malta fejn jidhlu beneficcji

 

Ridt inkun naf fil-kaz ta' Brian, jekk persuna bhalu jsibx ghajnuna min-naha tal-gvern lokali. Hawnhekk Brian qasam mieghi xi dispjaciri. Infurmani li jkollu jghaddi b'li jtih il-gvern fix-xahar.

"Il-hajja digà iebsa minnha nnifisha, imma nistqarr li ghandi ghira ghall-pajjizi ohra barra minn Malta bhalma hi l-Ingilterra. L-Ingilterra persuni bhali ghandhom hafna attenzjoni. Kull sentejn jibghatu ghalihom halli jaraw xi zvilupp ikun sar jew inkella biex jaraw jekk hemmx bzonn ta' xi ghajnuna.

Hawn Malta trid tistenna f'waiting list twila. Persuna f'Malta li ggorr dizabbiltà m'hawnx ghajnuna bizzejjed ghaliha. Li kieku ma kienx ghad-determinazzjoni tieghi stess nahseb li kont nibqa' lura. Anke fejn jidhol post adattat u xieraq ghalija, ma gejtx stmat, anzi gejt injorat.

Kollox bil-limitazzjonijiet tieghu. Mhux sew, ghax meta jkollok tarbija u din tibki ser tara li tara x'ghandha minnufih. Fil-kaz tieghi u bhal min hu bhali nibku u nigu injorati.

Il-biki tieghi huwa l-ugigh. Nghid ukoll li m'hawnx persuni kwalifikati bizzejjed f'Malta sabiex ituna l-attenzjoni kollha mehtiega", stqarr b'dispjacir kbir Brian.

Kompla jghidli li meta jmur go ward fl-isptar ta' Malta ma jsibx min jifhmu. L-istess ghall-emergenza tal-isptar.

"Li nista' nghid hu li qiegh-ed nghix gurnata b'gurnata bhal haddiehor. Il-pozizzjoni tieghi digà hija wahda limitata. Mhux b'razzizmu, imma nhoss li klandestin qieghed jghix ahjar minni f'pajjizi!!", kompli jghidli ddispjacut.

Dispjacir iehor li ghandu huwa li hawn Malta jitfghu lil kulhadd f'keffa wahda. Beda jghidli li kazijiet bhal tieghu, fl-Ingilterra jqassmuhom taht kategoriji differenti skont il-kaz. "Hawn Malta xi hadd bhali jikkwalifika ghal certu beneficcji jekk ikollhom wheelchair u sodda tal-elettriku. Dawn jien ma nuzahomx ghall-fatt li jekk nuzahom, ser inkompli naghmel lill-gismi ghazzien, u allura niggamja aktar milli digà jien. Allura ghax nghix Malta, certu beneficcji ohra ma nistax nehodhom".

Illum il-gurnata, Brian qieghed ihares lejn il-hajja minn lenti differenti minn qabel. Ta' spiss izda jistaqsi lilu nnifsu x'ser jigri minnu.

Bhal per ezempju taht liema kategorija ta' sptar f'Malta jista jirbhu meta jigi bzonn? Il-biza' tieghu li persuni bhalu jispiccaw mibghuta f'xi sptar tal-anzjani, jew taht xi kategorija ohra li ma jkollha x'taqsam xejn mal-kategorija tieghu!!!

 

Ma jridx min jghinu ghax

jithassruh

 

"Ma nhoss l-ebda feeling pozittiv f'dak li ghandu x'jaqsam ma' beneficcji ghal-ina. Probabbilment l-anqas jekk jinbidel il-gvern ghax xorta Malta ser nibqghu. Ma rridx ninstema negattiv wisq, izda xbajt u qtajt qalbi fejn jidhlu dawn l-affarijiet.

Jghaddu snin wara snin u kollox jibqa' l-istess", stqarr b'dispjacir fuqu Brian.

Sirt naf ukoll li Brian jiddejjaq jekk xi hadd imur biex jghinu ghal proprju jithassru. Hallejt f'idejh sabiex jispjegali fid-dettall.

"Ma nkun irrid lil hadd jghini ghax ta' bilfors. Min-naha l-ohra ma nista' nobbliga lil hadd. Jekk isirli xi pjacir ser napprezza. Imma inutli li tmur fuq persuna biex ittieha tiekol, meta din l-anqas biss ikollha l-guh", tbissem jghidli Brian biex fl-istess hin igibli ezempju.

Fl-ahharnett Brian xtaq iwassal messagg lill-qarrejja ta' dan il-gurnal sabiex wiehed jara li jkun mija fil-mija cert minn xi haga qabel iwettaqha.

"Nippruvaw nevitaw kull incidenti kemm jista' jkun, ghax wara tard wisq. Trid iggarrab biex tkun taf x'jigifieri dan kollu", temm jghidli Brian.

 

Kummenti (0)Add Comment

Ikkummenta
quote
bold
italicize
underline
strike
url
image
quote
quote
smile
wink
laugh
grin
angry
sad
shocked
cool
tongue
kiss
cry
smaller | bigger

busy
 

It-Temp

Thu Fri Sat Sun Mon

 

Karikatura

 

Faccata